IL-GVERN SER JGĦADDI PROPJETÀ B’VALUR KUMMERĊJALI TA’ NOFS MILJUN EWRO LILL-GĦAQDIET SPORTIVI
Fil-Parlament il-bieraħ tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra il-kuntratti ta’ ħames biċċiet art oħra lill-ħames għaqdiet sportivi b’valur kummerċjali ta’ nofs miljun Ewro.
B’dawn il-ħames proprjetajiet l-għaqdiet sportivi li jgawdu minn art pubblika telgħu għal 115 u bejniethom qed igawdu minn total ta’ 129 biċċa art pubblika b’valur ta’ kważi 47 miljun Ewro.
L-għaqdiet sportivi li qed jingħataw art pubblika permezz ta’ dan l-Avviż Legali huma l-Malta Motorsport Federation, li qed jingħataw art fil-Mellieħa għall-użu tal-Off-Road Sport; Rinella Tennis Club; Birkirkara Boċċi Club; Fgura Boċċi Club; Santa Venera Boċċi Club.
Fi kliem l-Onor Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, it-trasferiment ta’ dawn l-artijiet jixhed il-fiduċja tal-Gvern fl-Għaqdiet Sportivi u jqiegħed fuqhom obbligi u responsabbiltajiet li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi pubbliċi fdati lilhom fl-aqwa interess tal-komunità sportiva u tal-poplu Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en