Ix-xogħlijiet fit-toroq arterjali u dawk residezjali huma kollha on-time u on-budget
B’kollox fil-proġetti ta’ toroq jaħdmu aktar minn 1,000 ħaddiem
Lejn l-aħħar ta’ April li ġej Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa flimkien ma’ Triq Garibaldi f’Ħal Luqa u x-Xatt l-Għassara ta’ l-Għeneb fil-Marsa se jkunu miftuħa mill-ġdid wara dawn t-toroq reġgħu inbnew mill-qiegħnett.
Dan ħabbru l-Ministru Austin Gatt, meta żar il-proġett f’Ħal Luqa. Barra minn dawn iż-żewġ proġetti ta’ toroq qed isiru wkoll 4 proġetti oħra b’investiment totali ta’ €48.8m. Dawn il-proġetti jifformaw parti mill-Proġett sħiħ fuq dik li tissejjaħ it-TEN-T Network liema proġett jinkludi xogħlijiet fuq Triq il-Marfa, Ċirkewwa; Xatt l-Għassara tal-Għeneb il-Marsa, Triq l-Imġarr – mix-Xewkija sal-Victorja Għawdex. Ix-xogħol fuq il-Bypass Ta’ Pennellu fil-Mellieħa u fuq l-Underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa għaddej b’ritmu tajjeb ħafna.
Il-Proġetti tat-TEN-T network jiswew mal-€34.78 miljun li minnhom l-Unjoni Ewropeja qed tħallas 85% tal-ispiza eliġibli, bil-Gvern Malti jħallas il-bqija tal-ispiża.
Minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropeja sal-lum investejna madwar €60 miljun fi proġetti ta’ toroq arterjali u disrtibutorji. Dan jinkludi biss il-progetti ta’ rikostruzzjoni u ma jinkludix ix-xogħlijiet ta’ extensive patching fuq in-network u naturalment ma’ jinkludix xogħol fuq toroq lokali, fid-diversi ċentri tal-lokalitajiet ta’ pajjiżna.
Mill-2008 sal-2013 qed nitkellmu dwar madwar 17 KM ta’ toroq arterjali u distributorji li huma essenzjali għal pajjiżna u b’investiment ta’ aktar minn 70 Miljun inklużi l-Proġetti tat-TEN-T.
Għaddej ukoll ix-xogħol fuq toroq residenzjali. Bejn l-2008 u l-2011 investjena mal-18.8M Ewro fuq 317 triq residenzjali. Sa Ġunju ta’ din is-sena se nkunu lestejna mal-202 triq residenzjali – jiġifieri t-toroq residenzjali kollha ħlief għal dawk bi problema ta’ espropriazzjoni u xi diffikultajiet oħra. F’Novembru li għadda fuq il-mejda tal-Kamra tpoġġiet ukoll lista oħra ta’ 50 triq li issa jissodisfaw il-kriterju ta’ 70% tal-bini fihom sar, u għalhekk se nibdew nagħmlu dawk ukoll. Dan ifisser li l-Gvern se jkun qed jinvesti €2 miljun oħra fl-infrasstruttura tagħna u nħaddmu aktar ħaddiema Maltin.
Matul din is-sena sar wkoll b’€5.63 miljun Ewro f’patching fuq it-toroq tagħna (2011-2012), li fil-maġġoranza tiegħu sar u qed isir fuq link roads, toroq distributorji u arterjali.
Fl-aħħar xhur kien għaddej ukoll il-pavimentar taċ-ċentru tal-Belt Valletta. L-investiment hemmhekk huwa ta’ €2.5miljun u x-xogħol għaddej b’ritmu tajjeb. Kollox jindika li sa Settembru li ġej dan il-proġett ikun wasal fi tmiemu.
Il-Ministru Gatt tenna l-insistenza tiegħu biex Transport Malta tassigura li s-sinjali tar-rotot ta’ devjazzjoni jkunu spissi u jidhru sew biex verament iservu ta’ direzzjoni għas-sewwieqa u jkunu evitati inċidenti bla bżonn.
F’din il-leġiżlatura saret enfasi wkoll li x-xogħol kollu li jsir on time u on budget bl-inaqs inkonvenjenza lill-pubbliku, jsiru wara ko-ordinament ma’ dawk kollha nvoluti u
jsiru skond livelli ta’ kwalità internazzjonali.
Il-Ministru Austin Gatt temm jgħid li “Naħseb li illum kulħadd konvint li dawn il-kriterji qed jiġu miżmuma u għandna aktar toroq ta’ kwalità u siguri għal kull min jivvjaġġa fihom.”
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en