Left arrow Go Back

Ix-xogħlijiet fit-toroq arterjali u dawk residezjali huma kollha on-time u on-budget

PR0158
Date Icon 24/01/2012

B’kollox fil-proġetti ta’ toroq jaħdmu aktar minn 1,000 ħaddiem

Lejn l-aħħar ta’ April li ġej Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa flimkien ma’ Triq Garibaldi f’Ħal Luqa u x-Xatt l-Għassara ta’ l-Għeneb fil-Marsa se jkunu miftuħa mill-ġdid wara dawn t-toroq reġgħu inbnew mill-qiegħnett.

Dan ħabbru l-Ministru Austin Gatt, meta żar il-proġett f’Ħal Luqa. Barra minn dawn iż-żewġ proġetti ta’ toroq qed isiru wkoll 4 proġetti oħra b’investiment totali ta’ €48.8m. Dawn il-proġetti jifformaw parti mill-Proġett sħiħ fuq dik li tissejjaħ it-TEN-T Network liema proġett jinkludi xogħlijiet fuq Triq il-Marfa, Ċirkewwa; Xatt l-Għassara tal-Għeneb il-Marsa, Triq l-Imġarr – mix-Xewkija sal-Victorja Għawdex. Ix-xogħol fuq il-Bypass Ta’ Pennellu fil-Mellieħa u fuq l-Underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa għaddej b’ritmu tajjeb ħafna.

Il-Proġetti tat-TEN-T network jiswew mal-€34.78 miljun li minnhom l-Unjoni Ewropeja qed tħallas 85% tal-ispiza eliġibli, bil-Gvern Malti jħallas il-bqija tal-ispiża. 

Minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropeja sal-lum investejna madwar €60  miljun fi proġetti ta’ toroq arterjali u disrtibutorji.  Dan jinkludi biss il-progetti ta’ rikostruzzjoni u ma jinkludix ix-xogħlijiet ta’ extensive patching fuq in-network u naturalment ma’ jinkludix xogħol fuq toroq lokali, fid-diversi ċentri tal-lokalitajiet ta’ pajjiżna. 

Mill-2008 sal-2013 qed nitkellmu dwar madwar 17 KM  ta’ toroq arterjali u distributorji li huma essenzjali għal pajjiżna u b’investiment ta’ aktar minn 70 Miljun inklużi l-Proġetti tat-TEN-T.

Għaddej ukoll ix-xogħol fuq toroq residenzjali. Bejn l-2008 u l-2011 investjena mal-18.8M Ewro fuq 317 triq residenzjali.  Sa Ġunju ta’ din is-sena se nkunu lestejna mal-202 triq residenzjali – jiġifieri t-toroq residenzjali kollha ħlief għal dawk bi problema ta’ espropriazzjoni u xi diffikultajiet oħra. F’Novembru li għadda fuq il-mejda tal-Kamra tpoġġiet ukoll lista oħra ta’ 50 triq li issa jissodisfaw il-kriterju ta’ 70% tal-bini fihom sar, u għalhekk se nibdew nagħmlu dawk ukoll. Dan ifisser li l-Gvern se jkun qed jinvesti €2 miljun oħra fl-infrasstruttura tagħna u nħaddmu aktar ħaddiema Maltin.

Matul din is-sena sar wkoll b’€5.63 miljun Ewro f’patching fuq it-toroq tagħna (2011-2012), li fil-maġġoranza tiegħu sar u qed isir fuq link roads, toroq distributorji u arterjali.

Fl-aħħar xhur kien għaddej ukoll il-pavimentar taċ-ċentru tal-Belt Valletta. L-investiment hemmhekk huwa ta’ €2.5miljun u x-xogħol għaddej b’ritmu tajjeb. Kollox jindika li sa Settembru li ġej dan il-proġett ikun wasal fi tmiemu.

Il-Ministru Gatt tenna l-insistenza tiegħu biex Transport Malta tassigura li s-sinjali tar-rotot ta’ devjazzjoni jkunu spissi u jidhru sew biex verament iservu ta’ direzzjoni għas-sewwieqa u jkunu evitati inċidenti bla bżonn.

F’din il-leġiżlatura saret enfasi wkoll li x-xogħol kollu li jsir on time u on budget bl-inaqs inkonvenjenza lill-pubbliku, jsiru wara ko-ordinament ma’ dawk kollha nvoluti u
jsiru skond livelli ta’ kwalità internazzjonali.

Il-Ministru Austin Gatt temm jgħid li “Naħseb li illum kulħadd konvint li dawn il-kriterji qed jiġu miżmuma u għandna aktar toroq ta’ kwalità u siguri għal kull min jivvjaġġa fihom.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow