Left arrow Mur Lura

KOMPUTAZZJONI ĠENITUR – GĦAL MIN TAPPLIKA?

PR0157
Date Icon 24/01/2012

Fil-Baġit 2012, il-Gvern, bħala parti mill-ħidma tiegħu li jinċentiva x-xogħol u jżid l-appoġġ tiegħu lill-familji Maltin, filwaqt li jinċentiva aktar nisa biex jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol, introduċa komputazzjoni ġdida msejħa l-“komputazzjoni  ġenitur”. Din se tirriżulta effettivament fi tnaqqis sostanzjali mit-taxxa għal ġenituri li jaħdmu t-tnejn.

Dan  se  jfisser  li  koppja  miżżewwġa  bit-tfal  se  tiffranka  bejn  €150 u €840 fi ħlas ta’ taxxa fis-sena.

Biex jikkwalifika għal din il-komputazzjoni, bħala ġenitur, wieħed irid jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

a) trid tkun qed tmanti wild taħt il-kustodja tiegħek jew tkun qed tħallas manteniment (stabbilit jew awtorizzat mill-qrati) għar-rigward ta’ wild tiegħek;
b) dan il-wild ma jkunx għalaq it-18-il sena, jew ma jkunx għalaq 21 sena jekk kien qed jirċievi tagħlim full-time fi stabbiliment edukattiv ta’ livell terzjarju;
c) il-wild ma jkunx qala’ aktar minn €2,400 minn attività bi qligħ.

Jekk wieħed jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha u qabel kien juża r-rati ta’ single, dan jista’ jimla l-formola FS4 li tinsab fuq il-websajt tad-Dipartiment (www.ird.gov.mt) u jgħaddiha lill-employer tiegħek ħalli b’hekk l-employer tiegħu jkun jista’ jibda jaqta’ t-taxxa bir-rati ta’ ġenitur.

F’każ ta’ diffikultà jista’ jsir kuntatt mal-uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-FSS fit-Taqsima tat-Taxpayer Service, Blokk 4 jew ċempel lill-Call Centre tad-dipartiment fuq 2296 2296 , Freephone 8007 2297.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow