KOMPUTAZZJONI ĠENITUR – GĦAL MIN TAPPLIKA?
Fil-Baġit 2012, il-Gvern, bħala parti mill-ħidma tiegħu li jinċentiva x-xogħol u jżid l-appoġġ tiegħu lill-familji Maltin, filwaqt li jinċentiva aktar nisa biex jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol, introduċa komputazzjoni ġdida msejħa l-“komputazzjoni ġenitur”. Din se tirriżulta effettivament fi tnaqqis sostanzjali mit-taxxa għal ġenituri li jaħdmu t-tnejn.
Dan se jfisser li koppja miżżewwġa bit-tfal se tiffranka bejn €150 u €840 fi ħlas ta’ taxxa fis-sena.
Biex jikkwalifika għal din il-komputazzjoni, bħala ġenitur, wieħed irid jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:
a) trid tkun qed tmanti wild taħt il-kustodja tiegħek jew tkun qed tħallas manteniment (stabbilit jew awtorizzat mill-qrati) għar-rigward ta’ wild tiegħek;
b) dan il-wild ma jkunx għalaq it-18-il sena, jew ma jkunx għalaq 21 sena jekk kien qed jirċievi tagħlim full-time fi stabbiliment edukattiv ta’ livell terzjarju;
c) il-wild ma jkunx qala’ aktar minn €2,400 minn attività bi qligħ.
Jekk wieħed jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha u qabel kien juża r-rati ta’ single, dan jista’ jimla l-formola FS4 li tinsab fuq il-websajt tad-Dipartiment (www.ird.gov.mt) u jgħaddiha lill-employer tiegħek ħalli b’hekk l-employer tiegħu jkun jista’ jibda jaqta’ t-taxxa bir-rati ta’ ġenitur.
F’każ ta’ diffikultà jista’ jsir kuntatt mal-uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-FSS fit-Taqsima tat-Taxpayer Service, Blokk 4 jew ċempel lill-Call Centre tad-dipartiment fuq 2296 2296 , Freephone 8007 2297.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en