Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA’ INVESTIMENT ESTENSIV U KONTINWU MILL-GVERN U L-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA FAVUR SERVIZZ TA’ KWALITÀ LI JIXRAQILHOM IL-FAMILJI U L-INTRAPRIŻI TA’ PAJJIŻNA

PR0156
Date Icon 24/01/2012

Matul l-aħħar ħames snin il-Gvern u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wettqu programm estensiv ta’ investiment li wassal biex din il-Korporazzjoni toffri servizz ta’ kwalità lill-familji u lill-intrapriżi Maltin fir-rispett tal-aqwa standards tal-kwalità u d-Direttivi tal-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt żjara li għamel fil-laboratorji ta’ analiżi tal-Korporazzjoni fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tagħha.

Il-Ministru Fenech spjega li tul l-aħħar ħames snin il-Korporazzjoni investiet fis-sistemi tar-reverse osmosis b’mod li dawn saru aktar effiċjenti u għalhekk naqqsu l-konsum tal-enerġija, fit-tisħiħ tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-ilma b’mod li titnaqqas il-ħela ta’ riżorsa prezzjuża li hija l-ilma u fil-bini tal-impjanti ta’ tisfija ta’ drenaġġ biex noffru kwalità tal-ilma ħafna aħjar lill-familji Maltin u lill-barranin li jżuruna.

Fost iċ-ċifri msemmija mill-Ministru Fenech, huwa spjega kif il-Korporazzjoni installat aktar minn 1070 kilometru ta’ mains ġodda jew mibdula. Dan wasslet biex kien hemm tnaqqis sostanzjali tal-ħela tal-ilma minn 4000 metru kubu fis-siegħa fis-sena 2000 għal 490 metru kubu fis-siegħa s-sena l-oħra. Huwa żied li l-Korporazzjoni tagħti importanza kbira lill-kwalità tal-ilma tant li s-sena l-oħra saru 58,792 testijiet fuq aktar minn 6,220 kampjun.

“Matul is-sena li għaddiet rajna wkoll wieħed mill-aktar investimenti importanti li sar mill-Gvern u l-Korporazzjoni, l-impjant f’Ta’ Barkat, li wassal biex pajjiżna jittratta d-drenaġġ kollu ġenerat mill-pajjiż. Dan l-investiment ta’ €85miljun kienet it-tielet investiment f’impjant ta’ dan it-tip wara dak fil-Mellieħa u Għawdex. Dan huwa investiment kbir fil-kwalità tal-ħajja tagħna, fl-ambjent iżda wkoll fl-ekonomija tal-pajjiż għaliex iħalli impatt partikolari fuq is-settur tat-turiżmu” spjega Tonio Fenech.

Il-Ministru żied jgħid li fil-preżent, għaddej ix-xogħol fuq il-pjan strateġiku għal ħames snin li ġejjin. L-enfasi għandu jkun fuq kif se ntejbu l-kwalità tas-servizz li noffru fost l-oħrajn b’investiment f’control room ġdida li x-xogħol fuqu għaddej bħalissa, l-investiment f’technical call centre ġdid biex jitjieb il-ħin li fih l-Korporazzjoni tirrispondi għal problemi, bħal leakages, kif ukoll proġetti futuri marbuta mat-tisfija tad-drenaġġ. Dwar dan tal-aħħar il-Ministru spjega li filwaqt li huwa tajjeb li d-drenaġġ kollu qed jiġi msaffi qabel jintrema l-baħar, issa l-Gvern u l-Korporazzjoni qed iħarsu lejn il-pass li jmiss biex dan l-ilma jista’ jsirlu trattament ulterjuri u naraw kif nistgħu nagħmlu użu aħjar minn din ir-riżorsa. F’dan is-sens, diġà għaddej proġett pilota f’Għawdex.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tkellmu wkoll iċ-Chairman tal-Bord tal-Korporazzjoni Louis Giordimaina li ħabbar li wara perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, illum ġie pubblikat Consumer Contract –kuntratt li l-Korporazzjoni qed tintrabat mal-konsumatur b’sensiela ta’ dmirijiet u drittijiet reċiproċi, fosthom livelli ta’ servizz, timeframes  u aspetti oħra tal-ħidma tagħha biex tkompli tagħti xhieda tal-impenn ta’ kwalità lejn il-konsumaturi tagħha. Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv Marc Muscat ta ħarsa lejn il-kisbiet importanti tal-Korporazzjoni, li llum hija responsabbli mill-provvista tal-ilma f’aktar minn 220,000 household bejn Malta u Għawdex. Huwa tkellem dwar it-taħriġ kontinwu li jingħata lejn il-Korporazzjoni li llum laħqet livelli ta’ eċċellenza tant li tintalab minn entitajiet simili Ewropej għal għajnuna u konsulenza prattika fl-oqsma li topera fihom. Huwa rringrazzja l-ħaddiema kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom lejn din il-kumpanija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow