STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
PR0153
24/01/2012
L-Oppożizzjoni tibqa’ tirrikorri għal gideb
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, jiddeplora l-aġir tal-media tal-Partit Laburista li għal darboħra reġgħet xandret gideb fil-konfront tal-Ministru Joe Cassar.
One News il-bieraħ għażel li jerġa’ jivvinta dwar il-professjoni ta’ Dr Joe Cassar, liema professjoni ma baqgħax jipprattika sa minn meta sar Segretarju Parlamentari fl-2008. Fil-ġranet ta’ qabel, il-media Laburista għażlet li tivvinta u tattakka wkoll lill-familja Cassar.
Il-Ministru tas-Saħħa l-bieraħ fid-diskors li għamel fil-Parlament ċaħad dak li qalet il-media Laburista dwaru. Madanakollu l-media Laburista xorta għażlet li tibqa’ tirrepeti l-gidba li kienet qed tgħid.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en