Left arrow Go Back

JIĠI MNIEDI D-DVD A TALE OF TWO TOWERS

PR0143
Date Icon 23/01/2012

A Tale of Two Towers (l-Istorja ta’ Żewġ Torrijiet) huwa DVD li ġie mniedi fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono fis-Sala tal-Konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex fir-Rabat.  Dan id-DVD li jirrakkonta l-istorja tat-Torri ta’ Kemmuna u t-Torri tad-Dwejra, sar minn Din l-Art Ħelwa, b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi.

L-Onor. Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva ta’ Din l-Art Ħelwa li permezz ta’ dan id-DVD informattiv u edukattiv, qed toffri l-istorja ta’ żewġ torrijiet storiċi u importanti f’Għawdex, lil dawk kollha li jinteressahom il-wirt storiku tal-gżira. Hija qalet li A Tale of Two Towers huwa għodda miżjuda għar-reklamar tal-wirt storiku ta’ pajjiżna u ser ikun ukoll tifkira sabiħa tal-esperjenza offruta minn btala f’Għawdex għat-turisti, kemm Maltin kif ukoll barranin. Il-Ministru Giovanna Debono qalet li hi tirrikonoxxi b’sodisfazzjon il-ħidma u x-xogħol ta’ restawr ta’ Din l-Art Ħelwa f’Għawdex partikolarment fir-restawr ta’ siti storiċi bħal ma’ huma dawn it-torrijiet. Żiedet tgħid li grazzi għall-għajnuna u d-dedikazzjoni ta’ NGOs li huma involuti fil-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt storiku Għawdxi, aktar siti qed jiġu rrestawrati kif ukoll isiru aċċessibbli għall-pubbliku.

A Tale of Two Towers jinkludi informazzjoni dwar il-bżonn u l-importanza ta’ dawn it-torrijiet, il-problemi ffaċċjati marbuta mal-kostruzzjoni u l-finanzjament, il-personalitajiet involuti fid-disinn u l-manutenzjoni kif ukoll dawk responsabbli għall-preservazzjoni. F’din il-produzzjoni ta’ 26 minuta, Albert Gauci u Terry Shaw jidhru bħala l-enġinier militari Giovanni Rinnaldini u l-Granmastru Alof de Wignacourt rispettivament. Dawn jitkellmu dwar it-Torri ta’ Santa Marija f’Kemmuna. Paul Barnes jidher bħala l-Granmastru Juan de Lascaris-Casteller u jitkellem dwar it-Torri tad-Dwejra.

Id-DVD jinsab għal bejgħ mill-uffiċċju ta’ Din l-Art Ħelwa, fi Triq Melita, il-Belt Valletta kif ukoll minn siti oħra. Kull kopja tiswa €10. Il-fondi li ser jinġabru mill-bejgħ ta’ dan id-DVD ser jintużaw għal manutenzjoni ta’ siti oħra madwar Malta u Għawdex, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Din l-Art Ħelwa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow