Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JGHADDI ART GEWWA BUBAQRA LILL-KUNSILL LOKALI TAZ-ZURRIEQ GHALL-UZU AMBJENTALI U SOCJALI

PR0139
Date Icon 21/01/2012

“Huwa fl-interess tas-soċjeta illi l-Gvern preżenti jinsisti sabiex iktar artijiet jiġu allokati għall-użu pubbliku.” Dan qalu llum wara nofsinhar il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi ġewwa ż-Żurrieq waqt konferenza stampa li saret fil-limiti ta’ Bubaqra. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm membri mill-Kunsill Lokali  taż-Żurrieq, mill-Kumitat Sezzjonali ta’ Bubaqra u r-residenti tal-madwar.  L-art imsemmija, li tinsab fi Triq Fra Ġammari Żammit, se tiġi allokata mill-Gvern lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq b’kirja nominali.  Il-Ministru Azzopardi qal li l-Gvern laqa’ b’sodisfazzjon u entużjażmu  t-talba li saret mill-Kunsill Lokali għaliex propju fehem kemm din l-art tista’ sservi ta’ ġid għall-kommunita’ tar-residenti taż-Żurrieq, liema art ‘l quddiem se tkun tista’ tiġi utilizzata għal skop ta’ rikreazzjoni mir-residenti.

Is-Sur Pierre Farrugia, Chairperson tal-Kumitat ta’ Bubaqra qal li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ressaq għall-kunsiderazzjoni tad-Dipartiment tal-artijiet din it-talba sabiex din l-istess art pubblika tkun tista’ tingħata b’encroachment’ u b’hekk tibda tiġi amministrata minnu għall-użu ambjentali u soċjali. Il-Kunsill Lokali issa se jkun qed jgħaddi din l-art lill-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra minħabba li din taqa’ fl-istess żona.  Is-Sur Farrugia, qal li l-art issa se titnaddaf u sussegwentament se tiġi mdawwra b’ċint sikur, jitħawlu fiha numru ta’ siġar u se jitpoġġew ukoll xi bankijiet.  Minn naħa tiegħu l-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra se japplika sabiex jagħmel tindif u xogħol ta’ tisbieħ fl-akwata.  L-area se tkun ukoll qed tingħata attenzjoni mill-Enviorment Upgrade Comittee li min-naħa tiegħu lest jallokka xi flus biex isir dan il-proġett ta’ tisbiħ.  Il-pjanti ta’ dan il-proġett fil-preżent qegħdin għall-attenzjoni tal-MEPA biex jigu approvati.

Filwaqt li faħħar din l-inizjattiva, il-Ministru Azzopardi rrimarka li din l-art li kienet tinsab mitluqa u abbandunata, permezz tal-Gvern issa se tkun mibdula għal art ta’ rikreazzjoni pubblika għall-ġid tal-kommunita tar-residenti taż-Żurrieq.  Huwa qal li jinsab ottimist li se jsir użu tajjeb mill-art, sabiex ir-residenti tal-madwar jibdew igawdu minn ambjent iżjed nadif u msebbaħ.  Sostna wkoll illi l-Gvern se jkompli jimpenja ruħu li jalloka iżjed spazji pubbliċi biex b’hekk igawdu minnhom ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow