L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK – ESTENSJONI GĦALL-ĠBIR U MILI TAL-FORMOLI TAR-REĠISTRAZZJONI – LUQA, SAFI, KIRKOP, MQABBA, QRENDI, ŻURRIEQ, GUDJA, GĦAXAQ, TARXIEN, SANTA LUĊIJA, MARSA, FLORIANA
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jixtieq jinfoma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern u li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet, li minħabba r-rispons kbir li kien hemm mill-pubbliku, iż-żmien għar-Reġistrazzjoni ġie estiż sas-27 ta’ Jannar 2012.
Il-POYC jixtieq jinforma lill-pazjenti li l-Formola tar-Reġistrazzjoni għas-sħubija fl-‘Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ tista’ tiġi ffirmata kemm mit-tabib/a privat/a kif ukoll mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, ta’ Ħal-Luqa u tal-Furjana.
Pazjenti li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-diabete biss għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema.
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, flimkien ma’ kopja tal-Karta tal-Identità.
Għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-formola uffiċjali pprovduta mill-POYC.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en