Left arrow Go Back

AKTAR NGOS GĦAWDXIN JIRĊIEVU FONDI WARA LI TEMMEW B’SUĊĊESS PROĠETTI MARBUTA MA’ EKO-GĦAWDEX

PR0124
Date Icon 20/01/2012

Wara li ftit ġimgħat ilu 12-il Organizzazzjoni Mhux Governattiva f’Għawdex ingħataw l-aħħar pagamenti relatati mal-finanzjament għall-proġetti rispettivi li għadhom kif wettqu, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ppreżentat pagamenti lill-għaxar entitajiet oħra li wkoll lestew proġetti taħt l-iskema tal-Ministeru għal Għawdex għall-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin. Dan ifisser li issa ġew kompluti 24 proġett filwaqt li erbatax oħra waslu fl-aħħar fażi ta’ implimentazzjoni.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono fissret kif it-38 proġett li ġew ikkunsidrati biex jiġu ffinanzjati taħt din l-iskema kienu kollha inizjattivi marbuta mal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fit-twettieq tal-pjan ta’ azzjoni 2010–2012 dwar eko-Għawdex. Filwaqt li esprimiet sodisfazzjon għall-parteċipazzjoni attiva mid-diversi għaqdiet Għawdxin li applikaw taħt din l-iskema, fissret kif il-proġetti li twettqu qed ikun ta’ benefiċċju għal Għawdex u  għas-soċjetà Għawdxija. Dan għaliex il-proġetti li twettqu jirrelataw ma’ firxa wiesgħa ta’ setturi li jvarjaw minn dak soċjali għal dak edukattiv, sportiv, kulturali, ambjentali kif ukoll pastorali. ‘Dan jixhed ukoll ir-realtà tal-viżjoni eko-Għawdex li ma tfittix biss il-ħarsien ambjentali iżda għandha l-għan li tilħaq livelli ta’ żvilupp sostenibbli f’diversi oqsma soċjo-ekonomiċi u b’hekk tiġġenera kwalità ta’ ħajja aħjar mingħajr ma tagħmel pressjoni żejda fuq l-ambjent ta’ madwarna’, żiedet tgħid il-Ministru Giovanna Debono.

Għall-preżentazzjoni kienu preżenti rappreżentanti tal-għaqdiet: Ta’ Klula Foundation; il-Fondazzjoni OASI; Dar Ġużeppa Debono; il-Fondazzjoni Belt Victoria; L-assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin; l-Għaqda Inħobbu lil Munxar u x-Xlendi; il-Victoria Scout Group; l-Oratorju Don Bosco; is-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-Emergency Response Rescue Corps.  Il-proġetti li wettqu dawn l-organizzazzjonijiet kienu jinkludu restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, twaqqif ta’ heritage trail u pubblikazzjoni ta’ fuljetti u DVD flimkien ma’ installazzjoni ta’ pannelli informattivi u servizzi ta’ informazzjoni għat-turisti f’lokalitajiet karatteristiċi; studju xjentifiku aġġornat dwar iż-żgħażagħ f’Għawdex; it-tisħiħ ta’ servizzi offruti lill-familji vulnerabbli f’Għawdex u produzzjoni ta’ pakkett edukattiv biex jintuża mill-għalliema waqt lezzjonijiet li jittrattaw ir-rispett lejn il-ħajja f’kull forma tagħha; ir-restawr ta’ altar antik; il-promozzjoni tal-ħidma fil-qasam tal-volontarjat; promozzjoni ta’ attivitajiet kulturali u tisħiħ fil-faċilitajiet offruti għalihom; il-bini ta’ ġibjuni bil-għan li tiżdied il-ħażna tal-ilma tax-xita u jissaħħu prattiċi ambjentali tajbin; bdil fis-sistemi tad-dwal għal enerġija aktar nadifa u anqas konsum; ristrutturar u rinovazzjoni f’faċilitajiet kulturali u promozzjoni ta’ attivitajiet marbuta magħhom; kif ukoll produzzjoni u tqassim ta’ pubblikazzjonijiet li fost l-oħrajn jippromwovu stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u prattiċi ambjentali tajbin speċjalment dawk marbuta ma’ divertiment ħdejn il-baħar, tindif ta’ ambjenti marittimi u tisħieħ fis-servizzi ta’ salvataġġ u emerġenza offruti f’numru ta’ bajjiet f’Għawdex u Kemmuna fix-xhur tas-sajf.

It-38 proġett mill-NGOs Għawdxin taħt din l-iskema ta’ eko-Għawdex qed isiru b’investiment ta’ €1.24 miljun. Kull għaqda mhux governattiva setgħet tibbenefika minn massimu ta’ €50,000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow