STQARRIJA TAL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
PR0121
19/01/2012
Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar, jirreferi għar-rapporti foloz li qed ixxandar il-gazzetta elettronika tal-Oppożizzjoni Laburista, Maltastar.
Il-gazzetta tal-Oppożizzjoni Laburista għażlet li tagħmel attakk fuq Joe Cassar billi saħansitra użat ritratti tal-propjetà tiegħu.
L-Oppożizzjoni Laburista għamlet ukoll allegazzjoni fuq il-mara tiegħu. Dak li qalet il-media Laburista dwar il-mara ta' Joe Cassar hi kompletament gidba. L-allegazzjoni tal-media Laburista hi falza.
Lanqas mhu veru li Joe Cassar xtara xi propjetà wara li sar Segretarju Parlamentari jew Ministru.
Il-gazzetta tal-Oppożizzjoni Laburista għażlet li tirrikorri għall-storja vvintata biex tibni attakk personali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en