STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
PR0120
19/01/2012
F’diskors li għamel nhar il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi appella biex jieqfu l-attakki personali. Sfortunatament, b’mod żbaljat, kien hemm sezzjonijiet tal-media li interpretaw dan id-diskors bħala appell lill-partitarji Nazzjonalisti biss. L-appell tal-Prim Ministru kien indirizzat lil kulħadd.
L-attakk personali li qed tagħmel il-media Laburista, permezz tal-Maltastar, fuq il-Ministru Joe Cassar, fuq il-mara u l-familja tiegħu hu eżempju wieħed tal-attakki li l-Prim Ministru qal li m’għandhomx isiru.
Fl-istejjer li qed ixxandar il-Maltastar qed tagħmel attakk personali, mibni fuq storja ivvintata. Dan hu ġurnaliżmu li ma jagħmilx ġieħ.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en