GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IL-PARK TAL-FAMILJA FIL-MELLIEĦA
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, żar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-Park tal-Familja tal-Mellieħa. Ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja fil-Mellieha jinsab f'stadju avvanzat ta' kostruzzjoni tant li tlesta xogħol estensiv ta' taħmil u skavar, għaddej ix-xogħol fuq il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, bini tal-art tal-konkos, ġarr ta’ ħamrija u tħawwil ta' siġar, kif ukoll il-bini tal-faċilitajiet sanitarji u kmarar oħra li ser ikun fih dan il-park pubbliku.
Dan il-park, apparti li se jservi l-iskop ta’ post għar-rikreazzjoni tal-familji f’żona li toffri wkoll veduti sbieħ, fih se jkun hemm numru ta’ faċilitajiet sportivi, bħal track għall-atleti u multi purpose court li fuqu jistgħu jiġu pprattikati numru ta’ dixxiplini sportivi bħal basketball, volleyball u tennis. Dan il-park se jkun jikkonsisti wkoll f’cycling track.
Dan il-progett li qed isir b’mod konġunt bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, qed isir b’investiment ta’ €800,000.
Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu fuq dan il-proġett. Huwa fakkar li dan il-proġett jorbot mal-politika tal-Gvern li tul dawn l-aħħar snin kompla jagħti lin-nies aktar spazju pubbliku miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji bi proġetti bħal adventure park f’Ta’ Qali, park fi Xrobb l-Għaġin, Ġnien George Bonello Du Puis f’Tas-Sliema u Ġnien ġdid f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en