Left arrow Go Back

GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IL-PARK TAL-FAMILJA FIL-MELLIEĦA

PR0119
Date Icon 19/01/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino,  żar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-Park tal-Familja tal-Mellieħa. Ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja fil-Mellieha jinsab f'stadju avvanzat ta' kostruzzjoni tant li tlesta xogħol estensiv ta' taħmil u skavar, għaddej ix-xogħol fuq il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, bini tal-art tal-konkos, ġarr ta’ ħamrija u tħawwil ta' siġar, kif ukoll il-bini tal-faċilitajiet sanitarji u kmarar oħra li ser ikun fih dan il-park pubbliku.

Dan il-park, apparti li se jservi l-iskop ta’ post għar-rikreazzjoni tal-familji f’żona li toffri wkoll veduti sbieħ, fih se jkun hemm numru ta’ faċilitajiet sportivi, bħal track għall-atleti u multi purpose court li fuqu jistgħu jiġu pprattikati numru ta’ dixxiplini sportivi bħal basketball, volleyball u tennis. Dan il-park se jkun jikkonsisti wkoll f’cycling track.

Dan il-progett li qed isir b’mod konġunt bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, qed isir b’investiment ta’ €800,000.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu fuq dan il-proġett. Huwa fakkar li dan il-proġett jorbot mal-politika tal-Gvern li tul dawn l-aħħar snin kompla jagħti lin-nies aktar spazju pubbliku miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji bi proġetti bħal adventure park f’Ta’ Qali, park fi Xrobb l-Għaġin, Ġnien George Bonello Du Puis f’Tas-Sliema u Ġnien ġdid f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow