Left arrow Mur Lura

PROĠETT NAZZJONALI GĦAL KONTRA L-GĦARGĦAR.

PR0107
Date Icon 18/01/2012

Fil-lokalità tal-Imsida, illum ingħata aktar tagħrif dwar il-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar li se jara l-bidu tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.

Waqt preżentazzjoni li saret mill-perit Dr George Buhagiar, ġie spjegat li dan il-proġett li se jara fost oħrajn bini ta’ mini taħt l-art biex minnhom jgħaddi u jinġabar l-ilma tax-xita, jorbot mal-ħidma kontinwa tal-Gvern għall-konservazzjoni tal-ilma.

Dr Buhagiar spjega kif għal dawn l-aħħar snin il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali permezz ta’ unit li twaqqaf biex jieħu ħsieb il-manutenzjoni u tindif tal-widien u ġibjuni qiegħed jara li l-ħażna ta’ madwar 300,000 metru kubu ta’ ilma li hu kkalkolat li għandna taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern tinżamm u titkabbar. Il-Ministeru qed jaħdem biex isiru studji ekoloġiċi u ambjentali fuq numru ta’ widien li ġew identifikati madwar Malta li fihom ikun jistgħu jsiru lqugħ ġodda jew ikunu mkabbra lqugħ eżistenti biex mingħajr ma ssir ħsara kbira lill-ekoloġija ta’ dawn il-widien ikunu jistgħu jitwettqu proġetti biex titkabbar il-ħażna tal-ilma tax-xita.

Il-proġett għat-taffija tal-għargħar hu maħsub biex itaffi l-problemi tal-għargħar, bl-effetti negattivi kollha li dawn iġibu magħhom, fuq ir-residenti u kull min juża ż-żoni ta’ disa’ lokalitiajiet li huma Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi u l-Marsa.  Hu kkalkulat li bejn residenti u persuni li jużaw dawn l-inħawi, dan il-proġett li jaqdi mal-200,000 persuna.

L-iżvilupp innifsu ser jinkludi t-tħaffir ta’ numru ta’ mini fil-fond taħt l-art u titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra. Filfatt fil-Gżira bħala parti minn dan il-proġett se tinbena riżerva ta’ madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma li jkunu ġejjin minn Wied Għollieqa u li fih ukoll jista’ jintefa aktar ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gżira għandha sservi biex l-ilma minn hemm, jiskula fil-water table.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet saħaq li dan il-proġett li hu propost għal-ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm ERDF, se jseħħ b’investiment ta’ madwar €56 miljun, bir-rata ta’ kofinanzjament tkun ta’ 85% fondi Ewropej u 15% minn fondi nazzjonali. Huwa saħaq li huwa ta’ sodisfazzjon li llum wara li f’Diċembru nħareġ l-aħħar permess fuq il-parti tal-proġett li tikkonċerna l-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn, u li tlesta wkoll xogħol marbut mal-ħruġ tat-tenders jista’ jinbeda ix-xogħol attwali fuq il-proġett.

Il-Ministru Pullicino qal ukoll li permezz ta’ dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar, se jkun ittripplat l-ammont ta’ xita li jinħażen jew jiżdied mal-ilma tal-pjan f’pajjiżna, dan għaliex dan il-proġett għandu l-potenzjal li jiġbor u jirreċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil kull min ħadem biex wasalna s’hawn. Il-proċess ma kienx wieħed faċli u minħabba l-kumplessità tal-proġett, l-istudji kellhom isiru b’għaqal u jieħdu l-hin tagħhom. Hu rringrazzja wkoll lill-kunislli lokali tal-kooperazzjoni tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow