Left arrow Mur Lura

HOME-START GOZO: SERVIZZ ĠDID GĦALL-GĦAWDXIN F’GĦAWDEX

PR0096
Date Icon 18/01/2012

“Is-servizzi marbuta mal-qasam soċjali f’Għawdex qed jiġu msaħħa permezz tal-proġett Home-Start Gozo bil-għan li familji vulnerabbli f’Għawdex li jkunu għaddejjin minn perjodu bi problemi, jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna meħtieġa.”

Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono li ppresjediet l-iffirmar tal-ftehim dwar l-estensjoni ta’ dan il-proġett għal Għawdex, li ser isir bis-saħħa ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex, Dar Ġużeppa Debono u l-Aġenzija Appoġġ. Hija qalet li l-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jiffinanzja għotja li tlaħħaq ‘il fuq minn €20,000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin, lil Dar Ġużeppa Debono li ser tikkoordina u tmexxi dan il-proġett fuq il-gwida u bl-assistenza ta’ Home-Start Malta u l-Aġenzija Appoġġ.

Il-Ministru Giovanna Debono żiedet tgħid li dan il-proġett ifisser twettieq ta’ miżura oħra mit-80 miżura elenkati fil-Pjan ta’ Azzjoni eko-Għawdex 2010-2012. Hija spjegat kif Home-Start Gozo ser ikun qed jilqa’ għall-isfidi li jiffaċċjaw ċerti familji li jkollhom bżonnijiet ta’ appoġġ differenti u li jvarjaw minn sapport emozzjonali għal għajnuna prattika. “Dan il-proġett huwa xhieda oħra tal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam soċjali bil-għan li jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tas-soċjetà li ngħixu fiha”, temmet tgħid il-Ministru għal Għawdex.

Dan il-ftehim kien iffirmat minn uffiċjali mill-Ministeru għal Għawdex, Sina Bugeja mill-Aġenzija Appoġġ u Maria Attard minn Dar Ġużeppa Debono. Dar Ġużeppa Debono, li hija Organizzazzjoni mhux Governattiva u li fost l-oħrajn tipprovdi għajnuna lill-ommijiet u missirijiet waħedhom, ser tkun qed tingaġġa koordinatur illi jħaddem dan il-programm.

Permezz ta’ dan il-ftehim, rappreżentant tal-Home-Start Gozo ser ikun fuq il-bord maniġerjali nazzjonali tal-Home-Start Malta. L-għan ewlieni ta’ dan il-bord huwa li jassigura uniformità fis-servizz u sikurezza fl-istandards u l-kwalità. Barraminnhekk, l-entitajiet konċernati fil-Home-Start Gozo ser iwaqqfu kumitat maniġerjali biex jissorveljaw id-direzzjoni, l-istandards u l-kwalità tas-servizz f’Għawdex, u li għalih jattendi rappreżentant tal-Aġenzija Appoġġ.

Is-servizz ta’ Home-Start Gozo ser jingħata lill-familji vulnerabbli jew dawk f’diffikultajiet li jkollhom tal-inqas wild wieħed taħt il-ħames snin u li jsibu xi xkiel fit-trobbija ta’ wliedhom. Dawn id-diffikultajiet jistgħu jinkludu mard, twelid ta’ aktar minn tarbija waħda, problemi ta’ saħħa mentali u fiżika, solitudni, u ħiliet dgħajfin fit-trobbija tat-tfal. Barraminhekk il-ġenituri jingħataw ukoll appoġġ meta jkollhom bżonn lil min jismagħhom, lil min jakkumpanjahom għal xi appuntament, jew lil min jgħinhom jinvolvu ruħhom aħjar fl-iżvilupp ta’ wliedhom. Home-Start International  huwa proġett li beda fl-1973 fir-Renju Unit u xtered f’diversi pajjiżi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow