Left arrow Mur Lura

FONDI EWROPEJ GĦAL PROĠETT FAVUR TURIŻMU SOSTENIBBLI FIL-MUNXAR

PR0085
Date Icon 17/01/2012

Matul l-2011, il-MEUSAC għen ħames Kunsilli Lokali Għawdxin biex bejniethom akkwistaw €2.3 miljun mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea - Fond Agrikolu Ewropew– Miżuri 313 u 323. Il-Kunsill Lokali tal-Munxar waħdu akkwista ftit aktar  minn €400,000 biex jimplimenta proġett li permezz tiegħu se jiżdied il-valur u l-prodott turistiku li toffri l-lokalità.

Fil-Munxar, fost l-oħrajn se jiġu restawrati ħitan tas-sejjieħ u mogħdijiet fil-kampanja, se ssir heritage trail li se tgħaqqad iċ-ċentru tal-lokalità mal-periferija minn Ta’ Sanap, il-Kantra u l-bajja tax-Xlendi, u se jkunu żviluppat tour virtwali li għandu jintuża biex jirreklama l-inħawi mat-turisti. Barra minn hekk, wara li tlesta studju u diġa ġew approvati l-permessi tal-MEPA, se jsir xogħol ta' restawr fuq il-mitħna sotteranja ta' emerġenza li tinsab fix-Xlendi. Eventwalment din se tinfetaħ għall- pubbliku.

Id-dettalji kollha tal-proġett ingħataw waqt żjara li l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said għamel fil-Munxar fejn flimkien mas-Sindku Joseph Sultana żar l-inħawi fejn se jsir il-proġett. Bħalissa fl-irdumijiet, minbarra li beda r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, qed isir tindif ġenerali u qed jitneħħa skart li ntefa’ abbużivament u li akkumula matul iż-żmien. Dan ix-xogħol qed isir mill-Gozo Climbing Association.

Il-Ministru Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali Għawdxin li matul is-sena li għaddiet gawdew mill-appoġġ tal-MEUSAC biex akkwistaw fondi mill-Pjan għall-Iżvilupp Rurali jinkludu wkoll il-Qala, Ta’ Sannat, San Lawrenz, u l-Għarb. Permezz tal-proġetti li qed jimplimentaw, se jinħolqu żewġ parks għar-rikreazzjoni u Mużew tal-Folklor. Se jkunu restawrati żewġ kappelli, salib tad-dejma, pont antik, u numru ta’ ħitan tas-sejjieħ. Se jsiru wkoll diversi faċilitajiet ġodda biex jitgawdew mill-viżitaturi u se jsiru wkoll numru ta’ heritage trails.

Il-Ministru Chris Said spjega li dawn il-proġetti kollha se jgħinu fil-ħolqien tal-impjiegi f’oqsma bħall-agri-turiżmu, l-eko-turiżmu, u t-turiżmu kulturali. Il-proġetti nfushom se jgħinu wkoll biex il-lokalitajiet li kisbu fondi jkomplu jiżviluppaw b’mod sostenibbli. L-għan aħħari jibqa’ li t-tisbiħ tal-kampanja u r-restawr ta’ postijiet storiċi u rurali jwasslu  biex aktar viżitaturi u turisti jżuru l-lokalitajiet u l-attrazzjonijiet tagħhom.

Hu qal li l-Kunsilli Lokali saru l-akbar benefiċjarji ta’ finanzjament Ewropew permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC. Tul is-sentejn u nofs li għaddew, il-MEUSAC għen lill-Kunsilli Lokali u NGOs biex bejniethom kisbu €13-il miljun minn programmi differenti tal-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC għandu l-uffiċċju ċentrali fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta iżda joffri numru ta’ servizzi mir-Rabat f’Għawdex ukoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow