Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JIFFINANZJA STUDJU DWAR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’GĦAWDEX

PR0083
Date Icon 17/01/2012

Dettalji miksuba minn studju dwar iż-żgħażagħ Għawdxin ingħataw waqt konferenza li ġiet organizzata mill-Fondazzjoni OASI, organizzazzjoni mhux governattiva li taħdem bil-għan li tgħin żgħażagħ li fost l-oħrajn huma vittmi ta’ abbużi mill-alkoħol u d-droga filwaqt li twettaq ukoll ħidma ta’ prevenzjoni. Young People in Gozo – Study (2) huwa studju dettaljat li minbarra li jaġġorna studju simili li kien sar għaxar snin ilu, jagħti stampa aktar wiesgħa ta’ dik li hi l-ħajja taż-żgħażagħ Għawdxin tal-lum permezz ta’ għadd ta’ mistoqsijiet li ġew ippreżentati lill-aktar minn 300 żagħżugħ ta’ bejn l-għaxra u t-30 sena.

Dan l-istudju, ġie fdat f’idejn Dr Andrew Azzopardi, lekċerer fid-Dipartiment tal-Istudji taż-Żgħażagħ fl-Università ta’ Malta, bil-għan li janalizza, jissuġġerixxi, jipproponi u jippjana strateġiji li fuqhom ikunu jistgħu jiġu meħuda azzjonijiet għall-futur flimkien ma’ riċerka oħra li hija ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ. It-temi tar-riċerka kienu marbuta primarjament mal-aspirazzjonijiet u l-isfidi li qed jiffaċċjaw dawn iż-żgħażagħ Għawdxin f’oqsma bħal dawk relatati ma’ integrazzjoni soċjali; xogħol; kultura; medja; divertiment; il-bidla soċjali; il-konfrontazzjoni tal-isfidi; u d-dipendenza fuq alkoħol, tipjip, droga u vizzji oħra.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan l-istudju l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex fissret kif l-għanijiet ta’ dan l-istudju huma konformi ma’ komponent ewlieni tal-viżjoni eko-Għawdex, li tfittex li tilħaq livelli ta’ żvilupp sostenibbli għal gżira ta’ Għawdex f’diversi oqsma soċjo-ekonomiċi. ‘Il-pjan ta’ azzjoni Eko-Għawdex jinkorpora ħidma biex filwaqt li jkompli jikber l-iżvilupp ekonomiku dan ma jkollux impatt negattiv fuq l-ambjent naturali jew l-individwu. Dan jgħin biex jinkiseb ukoll progress soċjali li jsaħħaħ il-komunitajiet u jirriżulta fi kwalità ta’ ħajja aħjar’, qalet l-Onor. Giovanna Debono. Kien għalhekk li dan il-proġett kien approvat taħt skema mnedija mill-Ministeru għal Għawdex li fiha setgħu jipparteċipaw għaqdiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi Għawdxin. Il-Fondazzjoni OASI hija waħda minn 38 għaqda  jew organizzazzjoni oħra li bħalissa qed itemmu proġetti li jaqblu ma’ xi waħda mill-miżuri elenkati fil-pjan ta’ azzjoni eko-Għawdex 2010-2012.

Il-konferenza li fiha ġie mniedi l-istudju kienet immexxija minn Ryan Mercieca, President tal-Grupp Universitarji Għawdxin u ġiet indirizzata wkoll minn Fr. Emanuel Cordina, Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni OASI. Wara preżentazzjoni qasira Dr. Andrew Azzopardi spjega kif dan l-istudju xjentifiku kien jinvolvi riċerka estensiva li saret bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, il-Fondazzjoni OASI u d-Dipartiment għall-istudji taż-Żgħażagħ u l-Komunità fi ħdan l-Università ta’ Malta. Huwa fisser kif minn dan l-istudju jidher li ż-żgħażagħ Għawdxin huma bħal ħafna żgħażagħ oħra Maltin iżda fl-istess ħin għandhom imħabba kbira għal dak li jsawwarhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow