STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
PR0078
16/01/2012
Minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, matul dan il-lejl jista’ jkun hemm xita qawwija li tolqot xi nħawi tal-gżejjer Maltin, għal xi ħinijiet.
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mgħarraf biex dejjem jevita postijiet fejn tinġabar kwantità ta’ ilma waqt dawn il-maltempati u s-sewwieqa huma avżati biex isuqu b’kawtela fin-nuqqas ta’ viżibilità. Vetturi m’għandhomx jiġu pparkjati f’żoni fejn jistgħu jinġarru mill-ilma.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en