IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR IS-SWIEQI
“l-Ispirtu komunitarju nazzjonali u ta’ għaqda li għexna fiż-żmien l-Istrina ftit tal-ġranet ilu għandna nibqgħu ngħixuh tul is-sena kollha” – Dan qalu l-President George Abela meta dalgħodu iltaqa’ mal-komunita’ tas-Swieqi fil-parroċċa tal-Ibraġġ. Il-President George Abela akkumpanjat mis-Sinjura Abela żar il-lokalita’ fuq stedina tal-Kunsill Lokali fis-Swieqi.
Il-President Abela rrefera għaz-zminijiet li qed ngħixu illum fejn appella li għandu jibqa’ jirrenja l-ispirtu ta’ għaqda u għalkemm nikkontrastaw lil xulxin il-ħin kollu, rridu nibqgħu poplu wieħed u magħqud. “Għandna nibzgħu għal pajjizna: jmexxih min imexxih” kompla jgħid. “Ma rridux nahsbu biss sa dak inhar tal-festa imma wkoll ghal ghada u l-granet ta' wara. Importanti li ma nwegghux lil xulxin u rridu naghtu ezempji tajba kull hin u kull mument.”
Il-President Abela żied jgħid illi huwa important li l-identita’ ma’ nitilfuhiex, ngħożżu dak li jagħmilna Maltin u l-valuri li jiddistingwuna mill-oħrajn. “Wieħed minn dawn il-valuri huwa il-valur kbir tal-familja” kompla jgħid il-President ta’ Malta. Il-President Abela irrikonoxxa l-ħidma tal-Kunsilli Lokali. Irrefera ukoll ghall-hidma tal-knisja li fis-Swieqi hija punt ta’ riferiment fejn madwarha hemm l-ghaqdiet. Irringrazzja lir-residenti tal-merħba sabiħa li ingħata lilu u lis-Sinjura Abela u wera x-xewqat tiegħu għalL-ħidma fejjieda fil-Kunsill Lokali u l-għaqdiet fis-Swieqi.
Iż-żjara fis-Swieqi bdiet dalgħodu meta il-President u s-Sinjura Abela ltaqgħu mas-Sindku Carmen Said, il-kunsillieri lokali kif ukoll il-kunsillieri tal-parroċċa fis-sala tal-Knisja tal-Ibraġġ fejn saret preżentazzjoni interessanti dwar ir-raħal tas-Swieqi. Attendew ukoll il-quddiesa fil-parroċċa tal-Ibraġġ fejn spikkat il-parteċipażjoni ħelwa ta’ ħafna tfal. Ir-residenti tas-Swieqi kellhom l-opportunita’ jiltaqgħu mal-President u s-Sinjura Abela wara l-quddies f’tinda li ittellgħet apposta fuq iz-zuntir. Kien il-pjaċir tal-President Abela jitkellem ma’ tfal, żgħażagħ u anzjani li inġabru sabiex jieħdu b’idejh, jieħdu ritratti u jitolbuh il-firma tiegħu bħala tifkira taż-żjara.
Hawnhekk il-President iltaqa’ ukoll mal-Girl Guides tas-Swieqi, mal-Football Team tas-Swieqi, membri tal-għaqda Żak tal-Ibraġġ, kif ukoll ma skultur mis-Swieqi Ray Azzopardi li jagħmel xogħol artistiku fuq l-injam.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en