Left arrow Mur Lura

STQARRIJA DWAR IL-ĦIDMA TAL-UFFIĊĊJU TAL-KONSUMATUR FI ĦDAN L-MCCAA DWAR BIDLIET FIT-TERMINI KUNTRATTWALI OFFRUTI LILL-KONSUMATUR MILL-KUMPANIJA MELITA PLC

PR0064
Date Icon 13/01/2012

B’referenza għall-press release li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet fil-5 ta’ Jannar, 2012, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità kompla għaddej bil-ħidma tiegħu mal-kumpanija Melita plc sabiex ikun assigurat illi l-konsumatur ikollu l-informazzjoni kollha qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

Din il-ħidma kienet tinvolvi aktar laqgħat u diskussjonijiet mal-kumpanija konċernata fejn ġie konkluż li għall-aħjar interess tal-konsumatur, is-service provider se jkompli jagħti aktar informazzjoni lill-konsumatur dwar l-offerta.  Fil-fatt, mal-kont li jmiss, dawk il-konsumaturi li ma għamlu l-ebda kuntatt ma’ Melita plc fir-rigward ta’ din l-offerta, ser jirċievu ittra annessa mal-kont b’iktar informazzjoni dwar il-bdil fis-servizz.  Il-konsumaturi ser jingħataw numru ta’ ġranet li fihom ħa jkollhom l-opportunità li jinfurmaw lil Melita plc li ma jridux il-pakkett il-ġdid tal-15 Mbps.  Billi Melita plc bidlet is-sistema tagħha, dawn il-konsumaturi li ma jieħdux l-offerta xorta ser ikomplu jgawdu minn upgrade b’xejn minn 5 Mbps għal 7 Mbps.

L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA ser ikompli fil-ħidma tiegħu sabiex jassigura li l-operaturi kollha f’dan is-settur jagħtu l-importanza meħtieġa lejn l-obbligi legali tagħhom stabbiliti fil-liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow