Left arrow Mur Lura

L-MCAST MITLUB IĦARREĠ STUDENTI LIBJANI

PR0059
Date Icon 13/01/2012

Il-Ministru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni Vokazzjonali tal-Libja, Mustafa Rubijani dalgħodu għamel żjara fl-MCAST akkumpanjat mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina bl-iskop li jesplora l-possibbiltà li l-MCAST tgħin fit-taħriġ vokazzjonali ta’ żgħażagħ Libjani.

Matul din iż-żjara l-Ministru Libjan tkellem ma’ studenti li jattendu l-Istitut tal-Inġinerija Elettronika u ra l-apparat sofistikat li hemm f’dan l-Istitut biex jgħin lill-istudenti fl-istudji tagħhom.

F’laqgħa li saret aktar tard mal-Ministru Cristina u l-amministrazzjoni tal-MCAST, il-Ministru Rubijani tkellem dwar id-diffikultajiet li qed jiffaċċja pajjiżu fil-qasam tal-edukazzjoni u qal li qed jitfassal pjan biex eluf ta’ żgħażagħ Libjani jkunu mħarrġa f’diversi oqsma vokazzjonali u t-tagħlim tal-Ingliż.  Hu talab lill-MCAST biex din is-sena stess jieħu mijiet ta’ studenti Libjani għall-istudji tagħhom.

Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jkomplu d-diskussjonijiet bejn l-MCAST u uffiċjali tal-Ministeru Libjan biex jinstab mod prattiku kif il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija jista’ jħarreġ studenti Libjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow