STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Risposta għall-istqarrija tal-Partit Laburista
L-Oppożizzjoni tipprova twaqqaf il-ħidma tal-Gvern biex jiżdiedu l-investiment u l-impjiegi f'pajjiżna
L-istqarrija tal-Oppożizzjoni Laburista turi bl-aktar mod ċar li l-intenzjoni tagħha hi li tipprova twaqqaf lill-Gvern mill-ħidma tiegħu biex jiżdied l-investiment u jinħoloq ix-xogħol għall-ħaddiema f’pajjiżna.
Iż-żjarat tal-Prim Ministru fit-Tuneżija u l-Qatar kienu ilhom skedati mis-sena li għaddiet u għalhekk il-konklużjoni tal-Oppożizzjoni hi kompletament żbaljata.
Fi żmien meta l-qagħda ekonomika internazzjonali hi waħda imwegħra, il-Gvern ikompli jżid l-isforzi tiegħu, inkluż b’laqgħat barra minn pajjiżna, biex jiġbed u jiżdied l-investiment barrani f’pajjiżna. Bil-bsaten fir-roti li qed tipprova tagħmel l-Oppożizzjoni jmorru minn taħt il-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en