TNEDIJA TAL-ISTĦARRIĠ FUQ IL-PARTEĊIPAZZJONI KULTURALI
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Grupp ta’ Ħidma għall-Ekonomija Kreattiva flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, Kultura u Ambjent ser iniedu r-rapport tal-istħarriġ dwar il-Parteċipazzjoni Kulturali 2011, nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2012 fit-3pm fill-Kavallier ta’ San Ġakbu, Ċentru għall-Kreattività.
L-istħarriġ ikopri l-popolazzjoni kollha u huwa maħsub biex jagħti ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni kulturali f'Malta.
L-istħarriġ jipprovdi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni f'ħafna mill-attivitajiet kulturali f'Malta, inklużi l-attendenzi f’teatri u f’mużewijiet, l-għażliet tal-programmi fuq it-televiżjoni, l-użu tal-internet għall-kultura u l-preferenza tal-lingwa fir-rigward ta’ attivitajiet speċifiċi.
It-tnedija ser tinkludi preżentazzjonijiet dwar is-sejbiet ewlenin, analiżi mqabbla mal-istħarriġ preċedenti li sar fl-2000, diskussjoni u forum pubbliku.
Rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet kulturali, entitatjiet kulturali pubbliċi, studenti, akkademiċi u dawk kollha li jaħdmu fl-oqsma kulturali u kreattivi huma mistiedna jattendu.
Ir-reġistrazzjonijiet isiru permezz tal-email lil sylvana.mercieca@gov.mt. It-tnedija u d-diskussjonijiet ser isiru bil-Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en