Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ AKTAR MINN €70MILJUN BIEX INSAĦĦU L-PRODOTT KULTURALI TA’ PAJJIŻNA

PR0049
Date Icon 12/01/2012

Permezz tal-Fond għall-Kawżi Ġusti, il-Gvern qed jappoġġja t-tisbiħ u l-upgrading tal-Mużew ta’ Forti Rinella, proġett li qed isir b’investiment ta’ €198,000 minn Fondazzjoni Wirt Artna, li €100,000 minnhom ġew allokati mill-Fond għall-Kawżi Ġusti. Dan ħareġ waqt żjara tal-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, fuq dan il-proġett, li jinkludi l-upgrading tal-faċilitajiet tal-viżitaturi, xogħol ta’ landscaping madwar il-Forti, konverżjoni u restawr ta’ partijiet differenti mill-Forti.

Il-Ministru Fenech qal li “il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ favur l-istorja ta’ pajjiżna, storja li hi importanti ħafna għaliex tiddefinixxi dak li għamilna Maltin, tiddefinixxi l-valuri tagħna. Iżda l-istorja għandha valur ekonomiku importanti hekk kif it-tisħiħ tal-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna jfisser li nistgħu nattiraw lejn pajjiżna turiżmu ta’ kwalità akbar”.

“Il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ li jsaħħaħ il-kwalità tal-wirt storiku ta’ pajjiżna, bl-għan li jibqa’ jagħti futur lill-passat tagħna. Il-Baġit 2012 jalloka, meta wieħed iqis xogħol ta’ restawr, u programmi u inċentivi oħra fis-settur, aktar minn 70 miljun ewro biex insaħħu l-prodott kulturali ta’ pajjiżna.”

Matul din is-sena, qed titkompla l-ħidma fuq numru ta’ proġetti, fosthom fil-Forti Sant’Anġlu, fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, fit-Tempji tal-Ġgantija, ta’ Ħal Tarxien u l-Katakombi ta’ San Pawl, fil-Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa u l-Katakombi ta’ Bistra fil-Mosta u fil-Katakombi ta’ Santu Wistin fir-Rabat. Dan minbarra li għaddej ir-restawr tas-swar u l-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu u ċ-Ċittadella t’Għawdex, b’investiment ta’ 36 miljun ewro.

Il-Ministru Fenech esprima l-apprezzament tiegħu lil Mario Farrugia, u t-team tiegħu ta’ Fondazzjoni Wirt Artna, flimkien man-numru ta’ persuni li jaħdmu b’mod volontarju ma’ din l-organizzazzjoni volontarja, li qed tagħmel ġid kbir fil-qasam tal-preservazzjoni tal-wirt storiku tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow