Left arrow Mur Lura

AKTAR PROĠETTI TA’ RESTAWR FIL-BELT KAPITALI – INVESTIMENT FIL-PASSAT GĦALL-FUTUR

PR0045
Date Icon 11/01/2012

Il-Gvern qed jinvesti bis-sħiħ fir-restawr tal-wirt storiku ta’ pajjizna. Il-proġetti ta’ restawr li qed isiru madwar pajjiżna partikolarment fil-belt Kapitali jkomplu jikxfu l-patrimonju ta’ pajjiżna u joħolqu aktar xogħol.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino llum ħabbar proġett ieħor ta’ restawr fuq il-Monument tal-Qanpiena l-Belt Valletta. Dan il-monument ġie nawgurat fid-29 ta’ Mejju 1992 mir-Reġina Eliżabetta II u mill-President ta’ Malta Dott. Ċensu Tabone biex jikkommemora l-Ħamsin Anniversarju ta’ meta Malta ġiet mogħtija l-George Cross, u biex iffakkar madwar 7,000 persuna li tilfu ħajjithom matul l-Assedju ta’ Malta bejn 1940 u 1943. Dawn il-persuni huma mfakkra permezz ta’ statwa tal-bronz li tinsab fit-tarf tas-Sur ta’ San Kristofru. Il-Qanpiena tal-Bronz, li tiżen mal-għaxar tunellati, tindaqq darba kuljum f’nofsinhar. Din is-sena qed jiġi kkommemorat is-sebgħin sena  minn meta Malta ġiet mogħtija il-George Cross.

Ix-xoghol ta’ manutenzjoni fuq dan il-monument inbeda ftit xhur ilu meta l-mekkaniżmu li jħaddem il-qanpiena nbidel għal wieħed aktar modern wara li dak oriġinali waqaf jaħdem. Issa beda xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-monument innifsu, u qed isir minn ħaddiema tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta li tifforma parti mid-Direttorat tar-Restawr. Dan il-monument maħdum fil-ġebel u miftuħ għal numru ta’ elementi fosthom il-melħ peress li jinsab viċin il-baħar. Dan iwassal biex jiżviluppaw ukoll numru ta’ ħsarat. Ix-xoghol se jiswa madwar €10,000.

Il-Ministru Pullicino fakkar kif il-Gvern f’din il-parti tal-Belt Valletta qed jinvesti mas-€600,000. F’dawn l-aħħar xhur tlesta x-xogħol fuq ir-restawr tas-Sur ta’ San Kristofru - taħt il-monument tal-Qanpiena, kif ukoll qed ikun konkluż ix-xogħol fuq is-sur ta’ taħt il-Barrakka ta’ Isfel u s-Sur ta’ Santa Luċia.  Dan ix-xogħol, sostna l-Ministru Pullicino, qed isir b’investiment minn fondi nazzjonali li jikkumplimenataw il-proġett estensiv ta’ restawr ta’ 6 kilometri ta’ Swar fil-Belt, il-Birgu, l-Imdina u ċ-Cittadella b’investiment ta’ €36 Miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

Aktar Stqarrijiet Right arrow