Left arrow Mur Lura

IL-VIŻJONI TAL-IMPRENDITUR MALTI U L-ISTABBILTÀ EKONOMIKA JĠIBU S-SUĊĊESSI

PR0044
Date Icon 11/01/2012

“Il-viżjoni biex jinkisbu riżultati ta’ eċċellenza, miżżewġa mal-opportunitajiet li ġġib magħhom l-istabbiltà ekonomika li jgawdi pajjiżna, iġibu suċċessi, li jirriżultaw f’impjiegi”  Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, illum waqt żjara li huwa għamel fil-kumpless ta’ Studio 7, f’Birkirkara. 

Jason Azzopardi nnota li Studio 7 mhux biss storja ta’ suċċess, imma huwa riżultat eċċellenti ta’ ħolma u viżjoni ta’ imprendituri Maltin, li llum issarraf f’post atrezzat bl-aktar mod professjonali. Il-Ministru radd ħajr lis-Sinjuri Debono, li dawruh mal-kumpless, u rrikonoxxa li Studio 7 hija intrapriża ta’ suċċess u li titqies bħala medium size business.  Dan jibgħat messaġġ kbir ta’ kuraġġ lil imprendituri oħrajn, u jirrifletti l-għaqal u l-bżulija.  L-investiment kontinwu li għamlet l-intrapriża matul is-snin juri fiduċja fis-settur u li wara kollox seta’ jseħħ minħabba l-klima ekonomika tajba li stabbilixxa l-Gvern tal-ġurnata.

Il-Ministru saħaq illi kif imħabbar fl-aħħar budget, il-Gvern ser ikun qed iniedi skema ta’ €20 miljun f’garanziji għal self għall-intrapriżi.  Dawn il-garanziji ser ikunu qed ikopru sa 90% fuq self. Huwa fakkar ukoll illi fl-aħħar budget, il-Gvern estenda l-iskema tal-MicroINVEST fejn sal-lum l-iskema rat 737 applikazzjoni.  Minn dawn, 606 ġew proċessati bir-riżultat illi n-negozji gawdew minn madwar €4 miljun f’tax credit u sar b’madwar €10 investiment min-negozjanti li ma qatgħux qalbhom jinvestu u b’hekk komplew ikabbru l-business tagħhom.

Fil-preżent, Studio 7 jospita numru ta’ programmi televiżivi, filwaqt li anke jipproduċi numru ta’ xogħol f’dak li hu corporate video għal klijenti kemm lokali u anke barranin.  Studio 7 joffri ukoll xogħol audiovisiv relatat ma’ konferenzi u okkażjonijiet.  L-istudio huwa wkoll armat b’appart ta’ ‘satellite uplink facilities’. 

Sid il-kumpanija s-Sur Joe Debono rrimarka illi l-kumpanija ilha mwaqqfa xejn inqas minn 33 sena, sar investiment fih ta’ madwar €8 miljun u llum jimpjega 60 ruħ full time u 35 oħra part time.

Il-kumpanija hija wkoll iffukata fuq business tourism, minħabba li toffri dak kollu li hemm bżonn sabiex ikunu jistgħu jsiru l-konferenzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

Aktar Stqarrijiet Right arrow