JITKOMPLEW ID-DISKUSSJONIJIET MAL-KOPERATTIVI TAS-SAJJIEDA
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali mexxa laqgħa bejn il-Gvern u rappreżentanti taż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda li matulha ġew diskussi l-proposti kollha mressqa mill-Koperattivi x-xahar li għadda.
Kif kien wiegħed, il-Gvern tratta l-proposti kollha mressqa mill-Koperattivi tas-Sajjieda u d-diskussjoni ta’ llum serviet sabiex kien hemm qbil fuq numri ta’ punti filwaqt li l-laqgħa ta’ llum serviet ukoll bħala bażi għal aktar diskussjonijiet.
Intant, matul il-laqgħa l-Ministru stqarr li l-Gvern, bħal ma għamel qabel, lest jikkunsidra pjan ta’ aġġustament biex jgħin lis-sajjieda, inkluż dawk li jistgħadu għall-pixxispad. Sadanittant, iżda l-Gvern talab lill-Koperattivi jressqu proposti f’dan is-sens.
Fir-rigward tal-Pjan għall-Immaniġġjar dwar is-Sajd (Fisheries Management Plan 2015-2020), il-Ministru reġa’ tenna li dan hu proċess li mhux konkluż u li hekk kif il-Gvern jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-abbozz li ntbagħat, dan jerġa’ jiġi diskuss mal-Koperattivi qabel ma tintbagħat il-verżjoni finali.
Il-Ministru Pullicino apprezza l-fatt li l-istess koperattivi stqarrew li l-Gvern diġà għamel xi emendi għal pjan abbozzat skont ix-xewqat tagħhom għax il-Gvern qabel ma’ proposti tal-istess sajjieda. Dan huwa prova tal-fatt li l-proċess għadu għaddej.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en