L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - ĠBIR U MILI TAL-FORMOLA TAR-REĠISTRAZZJONI - LUQA – SAFI – KIRKOP – MQABBA – QRENDI – ŻURRIEQ – GUDJA – GĦAXAQ – TARXIEN – SANTA LUĊIJA – MARSA - FLORIANA
Avviż Importanti – Reġistrazzjoni għall-estensjoni tal-iskema
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid, Floriana u Luqa rispettivament, li jistgħu jiġbru l-Formola tar- Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-ispiżeriji li ser jipparteċipaw fl-Iskema msemmija hawn taħt mit-12 ta’ Jannar 2012. Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC.
Il-pazjenti li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-dijabete BISS għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema.
Huwa importanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw:
1. Il-Karta tal-Identità
2. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skont kif japplika]
3. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela kif gej:
Sezzjoni [A] - Mill-pazjent
Sezzjoni [B] - Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha.
Sezzjoni [C] - Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u ta’ Bormla.
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, u kopja tal-Karta tal-Identità.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.
Stqarrijiet Oħra:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014