Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - ĠBIR U MILI TAL-FORMOLA TAR-REĠISTRAZZJONI - LUQA – SAFI – KIRKOP – MQABBA – QRENDI – ŻURRIEQ – GUDJA – GĦAXAQ – TARXIEN – SANTA LUĊIJA – MARSA - FLORIANA

PR0037
Date Icon 11/01/2012

Avviż Importanti – Reġistrazzjoni għall-estensjoni tal-iskema

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid, Floriana u Luqa  rispettivament, li jistgħu jiġbru l-Formola tar- Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-ispiżeriji li ser jipparteċipaw fl-Iskema msemmija hawn taħt mit-12 ta’ Jannar 2012.  Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC.   

Il-pazjenti li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-dijabete BISS għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema. 

Huwa importanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw:

1. Il-Karta tal-Identità

2. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skont kif japplika]

3. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]


Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela kif gej:

Sezzjoni [A] -  Mill-pazjent

Sezzjoni [B] - Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha. 

Sezzjoni [C] - Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u ta’ Bormla.

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha.  Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, u kopja tal-Karta tal-Identità.


Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow