Left arrow Go Back

RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPJETÀ LIL DIVERSI CLUBS U ASSOĊJAZZJONIJIET

PR0033
Date Icon 10/01/2012

Il-bieraħ wara nofsinhar, fil-Parlament, fis-seduta tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, ġie diskuss u approvat it-trasferiment ta’ propjetà lil diversi għaqdiet.  Din ir-riżoluzzjoni kienet imressqa mill-Onorevoli Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Dr. Jason Azzopardi.  Ir-riżoluzzjoni mressqa kompliet tisħaq fuq il-politika tal-Gvern preżenti illi tinkoraġġixxi l-ħidma tal-volontarjat fis-soċjetà u li tgħaddi aktar art u propjetà lil diversi għaqdiet għall-amministrazzjoni tagħhom.  Permezz ta’ din il-propjetà u art, dawn l-għaqdiet ser ikunu f’pożizzjoni aħjar li jistgħu jwettqu l-ħidma volontarja tagħhom u b’hekk jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzjoni eluf ta' membri.  Il-lista tal-entatijiet konċernati u l-propjetà msemmija qed tidher hawn taħt.               

              1 .       Ex- St. Michael’s Press (Parish Priest; Senglea Church)

2.       Garage, Racecourse Str, Marsa  (Għaqda Trinità SSa Marsa)

3.       Kamra, Stivala Str, Paola  (Parish Priest, Paola)

4.       Kamra u Courtyard fuq maħżen  Senglea  (Senglea Historical Society)

5.       Dar  Mrabat Street, Sliema  (Sależjani)

6.       Art u strutturi f’ Pembroke (The North District Girl Guides)

7.       Żewġ Imħażen f’ Porte de Bombes, Floriana  (Malta Guggen Muzik)

8.       Art, Triq il-Baċir, Għajn Dwieli, Paola (St. John Ambulance Brigade) (ċens)

9.       Dar 14/16 Misraħ Santa Liena , B’Kara  (Soċjetà Dun Filippu Borgia)

10.   Art u Struttura, Dwejra Lines L/O Rabat (Attard Scout Group)

11.   Strutturi  f’Pembroke (Malta Red Cross)

12.   Mitħna, Triq il-Mitħna Qormi (Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi)

13.   Kamra fil-Kamp t’Għajn Tuffieħa (Salesian Boys & Girls Brigade)

14.   Strutturi fil-Kamp t’Għajn Tuffieħa (Majjistral Nature & History Park)

                15.   Shelter f’ Pjazza San Frangisk Qormi (Anici Band & Social Club)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow