REĠISTRATA ŻIEDA FIN-NUMRU TA’ OPERAZZJONIJIET FL-ISPTAR MATER DEI F’NOVEMBRU 2011
In-numru ta’ operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet komplew jiżdiedu hekk kif l-isptar jgħarraf li matul ix-xahar ta’ Novembru 2011 saru 4,022 operazzjoni.
Minn dawn 3,489 (87%) kienu operazzjonijiet skedati filwaqt li 533 (13%) kienu proċeduri ta’ emerġenza.
Dan ifisser żieda ta’ 128 operazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena 2010, li matulha kienu saru 3,894 operazzjoni.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li dan huwa riżultat ieħor pożittiv li nkiseb grazzi għal ħidma kollettiva minn dawk kollha involuti. Hu qal li mill-bidu ta’ Jannar 2011 sa tmiem Novembru 2011 saru total ta’ 40,511 operazzjoni.
Joe Cassar qal li l-isforzi tal-Gvern biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija għall-operazzjoni qiegħed irendi u fil-fatt, biex wieħed japprezza aħjar x’differenza qed issir, fl-aħħar tnax-il xahar tal-Isptar San Luqa kienu saru 32,764 operazzjoni.
Dan ifisser li fi 11-il xahar, matul l-2011, fl-Isptar Mater Dei saru 7,747 operazzjoni aktar! Dan in-numru ma jinkludix l-operazzjonijiet li qed isiru b’xejn fil-privat wara ftehim milħuq mal-Gvern.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en