Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-ISPIZERIJA TAL-GHAZLA TIEGHEK

PR0023
Date Icon 07/01/2012

Estensjoni tal-iSkema – Avviz għal preparazzjoni tad-dokumenti meħtieġa

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqgħodu Luqa, Safi, Kirkop, Mqabba, Qrendi, Zurrieq, Gudja, Għaxaq, Tarxien, Santa Lucia, Marsa, Floriana u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-jiem li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.

Għaldaqstant, il-pazjenti li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid, Floriana u tal-Luqa huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgu jibbenifikaw mill-Iskema.  Id-dokumenti jinkludu:

1.         Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]


2. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]


Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard.  Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lil pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.


Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow