Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-EWWEL KONFERENZA AWDJO-VIŻIVA DIRETTA FIĊ-ĊENTRU GĦAWDXI TAL-ARTI U L-ARTIĠJANAT WISTIN CAMILLERI

PR0020
Date Icon 06/01/2012

Nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar 2012, iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f’Għajnsielem ser iniedi l-ewwel konferenza awdjo-viżiva diretta (DVC), permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Ambaxxata Amerikana u ċ-ċentru f’Għawdex.  L-Ambaxxata Amerikana offriet l-appoġġ tekniku kollu li permezz tiegħu l-parteċipanti f’Għawdex ser ikunu jistgħu jsegwu taħdidiet li jkunu qed jittellgħu fl-Amerika.

L-ewwel konferenza awdjo-viżiva diretta ser tkun titratta r-reklami Amerikani antiki, filwaqt li t-tieni waħda li ser issir il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2012 ser tkun dwar l-artist famuż Amerikan Edward Hopper u x-xogħlijiet tiegħu.  Dawn il-konferenzi ser ikunu trażmessi f’pajjiżi oħrajn barranin.

Fl-istess jum, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ser tinawgura wirja li ser tittella’ fis-sala tal-wirjiet tal-istess ċentru, u li ser tkun qed tesponi materjal promozzjonali Amerikan, kif ukoll simboli Amerikani u kartelluni ta’ films Amerikani li ntwerew qabel l-1975.

Ċittadini Amerikani li huma residenti f’Għawdex huma mistiedna li jissottomettu materjal relatat biex ikun esebit f’din il-wirja u huma mitluba jagħmlu kuntatt maċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri permezz tal-indirizz elettroniku gozo.art.sch@gov.mt jew permezz ta’ SMS fuq 79830774.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow