GĦADA JSIR IL-PAGAMENT TAC-CHILDREN’S ALLOWANCE - TIŻDIED B’€100 GĦAL €350 IR-RATA MINIMA TAC-CHILDREN’S ALLOWANCE
Għada s-Sibt, il-ġenituri li għadhom qed irabbu t-tfal se jirċievu ċ-Children’s Allowance. Dan il-pagament se jiġi depożitat direttament fil-kont bankarju indikat mill-ġenituri stess.
Il-Gvern fil-Baġit għal din is-sena ħabbar li qed iżid ir-rata minima taċ-Children’s Allowance minn €250 għal €350 għal kull tifel u tifla. B’din l-inizjattiva aktar minn 18,000 familja li kienu jirċievu r-rata minima se jkollhom żieda ta’ €100 fis-sena għal kull wild. Ġenituri oħra li kellhom rata ogħla jirċievu dik ir-rata.
Matul l-2012 il-Gvern se jkun qed jagħti €41.8 miljun lill-ġenituri f’Children’s Allowance. Dan iffisser żieda ta’ €4.2 miljun fuq is-sena li għaddiet.
Din iż-żieda fiċ-Children’s Allowance tixhed l-impenn tal-Gvern li jgħin lill-ommijiet u l-missirijiet li għadhom qed irabbu t-tfal.
Fil-Baġit għal din is-sena l-Gvern introduċa inizjattiva importanti oħra favur il-ġenituri fil-forma ta’ komputazzjoni ġdida tal-Income Tax – Komputazzjoni Ġenitur. Permezz ta’ din ir-riforma, ġenituri li jaħdmu t-tnejn u li għandhom it-tfal, jiffrankaw bejn €150 u €840 fi ħlas ta’ Income Tax fis-sena bejniethom. Din il-miżura tgħodd ukoll għall-ġenituri li għandhom il-kustodja tat-tfal jew iħallsu l-manteniment għat-tfal. Aktar minn 55,000 ġenituri se jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis fl-Income Tax. Min irid jikkalkula t-tnaqqis permezz tal-Komputazzjoni Ġenitur jista’ jagħmel dan fuq is-sit elettroniku www.budget2012.com.mt
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014