STQARRIJA DWAR IL-ĦIDMA TAL-UFFIĊĊJU TAL-KONSUMATUR FI ĦDAN IL-MCCAA DWAR BIDLIET FIT-TERMINI KUNTRATTWALI OFFRUTI LILL-KONSUMATURI MILL-KUMPANIJI MELITA PLC U GO PLC
Wara li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan il-MCCAA irċieva lmenti, kemm direttament mill-konsumaturi, mill-Għaqda tal-Konsumatur, kif ukoll indirettament mill-media u l-kummenti li ġew impustati fuq l-istess websites, saru laqgħat ma’ rappreżentati kemm tal-GO plc kif ukoll tal-Melita plc. Saret ukoll laqgħa mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) li hija l-Awtorità regolatriċi ta’ dawn is-service providers. Fir-rigward tal-laqgħa mal-MCA dawn infurmaw lil dan l-Uffiċċju illi kemm GO plc kif ukoll Melita plc kienu nnotifikaw lill-MCA bil-korrispondenza li kienu se jibagħtu lill-konsumaturi. Jirriżulta wkoll li kumpanija minnhom emendat l-ittra skont kif ġie issuġġerit mill-MCA.
Il-fatti huma kif ġej:
Melita plc
Waqt il-laqgħa li saret bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Melita plc, ġie stabbilit illi l-Melita plc kienet f’kuntatt kontinwu mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) qabel ma ġiet stabbilita l-aħħar komunikazzjoni li ntbagħtet lill-konsumaturi fi tmien verżjonijiet differenti skont il-kuntratt tal-konsumatur. Il-kambjamenti proposti mill-Melita plc jirriżultaw mill-fatt li l-Melita plc upgradjat is-sistema bażika ta’ internet minn 5Mbps għal 7Mbps u din ser tingħata b’xejn lil kulħadd fuq bażi permanenti. Inizjalment il-konsumatur ġie infurmat li ser jiġi upgradjat minn 5Mbps għal 15Mbps bi ħlas addizzjonali ta’ €2.65 fix-xahar. Il-konsumatur ġie avżat illi jekk ma jieħux azzjoni sal-20 ta’ Jannar 2012, il-konsumatur jidħol direttament f’kuntratt ġdid ta’ sentejn jekk ikollu l-internet package biss. Il-konsumatur ingħata l-għażla li jinforma lil Melita plc permezz tan-nota annessa mal-ittra jew alternattivament permezz ta’ formola fil-website tagħha.
Bħala riżultat ta’ din il-laqgħa, il-verżjoni bil-Malti tal-ittra tpoġġiet fuq il-website immedjatament u l-konsumatur ġie wkoll infurmat minnufih biż-żieda b’xejn minn 5Mbps għal 7Mbps f’din l-istess ittra. Barra minn hekk kull min kiteb lil Melita beda jirċievi n-notifika immedjatament. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Uffiċċju ghal-Affarijiet tal-Konsumatur għadu qed jiffinalizza l-pożizzjoni dwar jekk il-konsumatur kellux jinforma lil Melita plc u mhux viċi versa jekk jaċċettax l-offerta.
GO plc
Fil-każ tal-GO plc, il-konsumatur ingħata l-għażla illi jekk ma jinfurmax lil GO plc ikun qiegħed jaqbel mal-kundizzjonijiet u t-tariffi l-ġodda filwaqt li ngħata 30 ġurnata ċans biex jekk ma jaqbilx, jittermina l-kuntratt preżenti mingħajr ebda penali skont il-liġi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014