Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX INIEDI L-KALENDARJU KULTURALI 2012

PR0013
Date Icon 05/01/2012

Il-kalendarju kulturali għal Għawdex għas-sena 2012 ġie mniedi mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu fil-ġonna Villa Rundle, f’Victoria. Gozo 365 – Your Rendezvous with Culture, qed jiġi ppreżentat fi ktejjeb li jista’ jinġarr faċilment u li fih jinkorpora informazzjoni u tagħrif dwar attivitajiet kulturali li ser jittellgħu f’Għawdex matul is-sena kollha. Dawn jinkludu wirjiet artistiċi u attivitajiet  mużikali, teatrali u letterarji flimkien ma’ avvenimenti tradizzjonali bħal ma huma l-karnival, il-festi tal-lokalitajiet u festi nazzjonali. Barraminhekk ġiet inkluża wkoll informazzjoni dwar lokalitajiet u siti storiċi popolari u oħrajn inqas magħrufa.

Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif l-għan ewlieni ta’ din il-pubblikazzjoni huwa dak li jservi bħala għodda valida li permezz tagħha jiġu reklamati attivitajiet u avvenimenti li jservu ta’ attrazzjonijiet miżjuda għal min iżur il-gżira ta’ Għawdex matul is-sena li ġejja. Hija żiedet tgħid kif matul dawn l-aħħar snin il-qasam kulturali f’Għawdex kompla jiġi msaħħaħ permezz ta’ diversi attivitajiet mtella’ minn għadd ta’ entitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ talent lokali, u li issa ġew stabbiliti bħala avvenimenti annwali popolari kemm mal-Għawdxin kif ukoll mal-Maltin u barranin. Il-Ministru għal Għawdex faħħret l-inizjattiva li biha jopera l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li minbarra li jikkoordina ħidma biex jorganizza bosta attivitajiet matul is-sena, jagħti wkoll sostenn lil bosta entitajiet u għaqdiet oħra li jtellgħu attivitajiet kulturali madwar Għawdex kollu. ‘Dan huwa rifless fis-sinerġija stabbilita fil-qasam kulturali f’Għawdex permezz ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn l-istess Ministeru u diversi għaqdiet soċjali u kulturali Għawdxin’, żiedet tgħid il-Ministru Giovanna Debono filwaqt li fissret kif Gozo 365 – Your Rendezvous with Culture qed ikun ukoll ta’ kontribut biex il-Ministeru għal Għawdex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-kontenut kulturali u b’hekk tiġi wkoll imtejba l-esperjenza tal-viżitaturi f’Għawdex. ‘Dan huwa wkoll konformi mal-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli skont il-pjan ta’ azzjoni dwar eko-Għawdex għal perjodu 2010-2012 fir-rigward tal-qasam kulturali li huwa marbut mal-karatteristiċi ewlenin li jagħtu identità distinta lil gżira ta’ Għawdex” qalet il-Ministru Debono.

Huwa maħsub li minbarra l-publikazzjoni annwali, tiġi stampata verżjoni oħra kull tliet xhur li tkopri l-attivitajiet tax-xhur rispettivi sabiex titqassam fid-djar kollha f’Għawdex, kif ukoll f’postijiet oħra f’Malta. L-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ikkordina ħidma biex flimkien mal-attivitajiet li ser jiġu organizzati mill-istess uffiċċju t-tagħrif fil-publikazzjoni Gozo 365 – Your Rendezvous with Culture ikun jinkludi wkoll informazzjoni dwar attivitajiet organizzati minn entitajiet differenti minn madwar Għawdex, fosthom Kunsilli Lokali, Parroċċi u Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin. 

Kopja ta’ dan il-kalendarju tista’ tiġi rikjesta fuq l-indirizz elettroniku info@gozoculture.com.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

Aktar Stqarrijiet Right arrow