Left arrow Mur Lura

GĦADDEJJIN L-AĦĦAR XOGĦLIJIET FUQ ĠNIEN ĠDID F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ

PR0012
Date Icon 05/01/2012

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, waqt żjara li għamel fuq l-aħħar xogħlijiet li qed isiru fuq ġnien ġdid, ħabbar li dan se jkun inawgurat fit-22 ta’ Jannar.

Dan il-proġett qed jagħti lura lin-nies spazju ta’ 1,800 metru kwadru ta’ art li kienet mitluqa fi spazju miftuħ u msebbaħ bi ġnien għar-rikreazzjoni tal-familji. Dan il-proġett li permezz tiegħu se tkun qed tingħata dehra xierqa lil dawn l-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, qed isir b’investiment ta’ €450,000 mill-Gvern Ċentrali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar li ffinanzja l-play equipment.

Ix-xogħlijiet f’dan il-ġnien ġdid involvu tqegħid ta’ pavimentar, arbli tad-dawl, bankijiet, installazzjoni ta’ funtana u area tal-logħob għat-tfal. Dan il-proġett sar ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat amministrattiv. Taħt dan il-ġnien inbena wkoll ġibjun li jesa’ mal-500 metru kubu ta’ ilma.

Il-Ministru Pullicino filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema u lil kull min kien involut biex sar proġett ieħor ta’ kwalità għall-familji, sostna li dan hu l-15-il proġett ta’ spazju miftuħ li qed jingħata lin-nies f’dawn l-aħħar erba’ snin. Hu fakkar kif f’dawn is-snin il-Gvern ta lura lin-nies Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta, Adventure Park f’Ta’ Qali, Ġnien George Bonello Dupuis Qui Si Sana Sliema, Park fi Xrobb L-Għaġin, Pjazza ta’ Marsaxlokk, Estenzjoni u tisbiħ tal-Park Nazzjonali tas-Salina, Pjazza Sant’Anna, Sliema, Triq Bisazza tas-Sliema, Pjazza Sta Ubaldeska Raħal Ġdid, il-Pjazza ta’ Paceville, Pjazza tal-Ursolini Gwardamangia, u tisbiħ ta’ spazju pubbliku f’Sa Masion fost oħrajn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

Aktar Stqarrijiet Right arrow