Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

PR0009
Date Icon 05/01/2012

L-interess tal-Gvern hu li r-residenti f’Tas-Sliema jkollhom Kunsill Lokali li jiffunzjona

Fl-eventwalità li l-Gvern jagħti parir lill-President biex il-Kunsill Lokali Tas-Sliema jiġi xolt, dan il-parir ikun imnebbaħ mill-interessi tal-komunità f’Tas-Sliema u mhux minn xi interess partiġġjan kif qed jiġi allegat mill-Oppożizzjoni.

L-argument tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali dwar il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern fil-konfront tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema ma jreġix. Dan għaliex fil-passat, il-Gvern ta parir biex ikunu xolti Kunsilli Lokali oħra minħabba raġunijiet varji. Dawn il-Kunsilli Lokali jinkludu Raħal Ġdid, Ta’ Sannat u l-Imtarfa li żgur ma jistax jingħad li kienu xolti sabiex jingħata vantaġġ politiku li xi partit jew ieħor.

Barra minn hekk, fix-xhur li għaddew, il-Partit Laburista u l-mezzi tax-xandir tiegħu kemm-il darba għamlu stejjer dwar in-nuqqasijiet li kien hemm fil-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema. Fid-29 ta’ Lulju 2010, il-portal elettroniku tal-Partit Laburista ppubblika storja dwar ‘Bickering Sliema councillors to meet today’.  Fis-17 ta’ Awwissu 2010, l-istess portal tal-aħbarijiet tal-Oppożizzjoni rrapporta li ‘Residents (are) not amused by Sliema Local Council’. F’dawn ir-rapporti, il-portal tal-aħbarijiet tal-Oppożizzjoni jikkwota persuni u għaqdiet li jispjegaw kif is-sitwazzjoni fil-Kunsill Lokali Tas-Sliema kienet qed twassal biex ma jittieħdux deċiżjonijiet meqjusa urġenti u tant meħtieġa għal-lokalità.

Il-Gvern itenni li l-Avviż Formali fil-konfront tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema inħareġ ilbieraħ wara rapport li tfassal mid-Direttur għall-Gvern Lokali u li fih il-Gvern ingħata l-parir biex ixolji l-Kunsill Lokali Tas-Sliema. Il-Gvern qed isegwi l-proċedura stabbilita b’Artiklu 22 (b) tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali (Kap 363) u li permezz tagħha avża lill-Kunsill Lokali Tas-Sliema li jekk is-sitwazzjoni fi ħdanu ma tiġix rimedjata fi żmien għaxart’ijiem, se jingħata parir lill-President biex il-Kunsill Lokali jiġi xolt.

Il-Gvern ifakkar li fir-rapport tad-Direttur għall-Gvern Lokali jissemmew l-investigazzjonijiet li saru mill-Internal Audit and Investigations Directorate (IAID). Fuq talba tad-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Gvern Lokali, l-IAID investiga diversi allegazzjonijiet li saru fuq il-Kunsill Lokali Tas-Sliema. Ħafna minn dawn l-irregolaritajiet kienu kkonfermati. B’rabta ma’ dawn l-irregolarijiet jissemmew ex-Sindku, ex-Segretarju Eżekuttiv, ex-deputat Segretarju Eżekuttiv, u numru ta’ membri tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.  L-ex Sindku u kunsillieri lokali tressqu wkoll il-Qorti akkużati b’reati differenti.

Id-Direttur għall-Gvern Lokali jispjega wkoll dak li rriżulta minn eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema u li sar biex ikun evalwat l-andament tal-operat tal-istess Kunsill. Dan l-eżerċizzju wera biċ-ċar li qed ikun hemm ċirkustanzi fejn il-Kunsill Lokali mhux qed ikun jista’ jkompli bl-operat tiegħu minħabba tfixkil li beda wara l-proċeduri legali li nbdew fil-Qorti u minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn il-kunsillieri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

Aktar Stqarrijiet Right arrow