Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ €100,000 F’BOROŻ TA’ STUDJU LIL GĦAXAR STUDENTI LI QED JISTUDJAW BIEX ISIRU VETERINARJI

PR0006
Date Icon 04/01/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, ippreżenta għaxar boroż ta’ studju lil studenti li qed jagħmlu l-istudju tagħhom biex jilħqu veterinarji.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ħa din l-inizjattiva u qed jagħti sponsorship finanzjarju ta’ €10,000 lil kull wieħed minn l-għaxar studenti. Dawn qed jistudjaw f'diversi Universitajiet fl-Ewropa fosthom fl-Islovakkja, l-Italja, l-Ingilterra, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija. 

Permezz ta’ din l-għotja, il-Gvern, barra milli qiegħed itaffi xi ftit mill-piż finanzjarju ta’ dawn l-istudenti li qed jistudjaw il-mediċina veterinarja barra minn Malta, qiegħed ukoll joffrilhom l-opportunità lil dawn jaħdmu bħala veterinarji mal-Gvern meta jlestu l-istudji tagħhom.

Dan ser isir biex aktar studenti jagħżlu t-triq li twassalhom biex jilħqu veterinarji. Dawn l-opportunitajiet qed jingħataw għax pajjiżna jeħtieġ li jkollu aktar veterinarji. L-irwol tal-Veterinarju fi ħdan l-Unjoni Ewropea hu importanti għax din tenfasizza ħafna l-ħarsien tal-annimali, kif ukoll il-kwalità u l-istandards tal-ikel.

Preżentament l-Università ta’ Malta ma toffrix kors li jwassal għal degree fl-istudji veterinarji u għalhekk, dawk li jixtiequ jispeċjalizzaw f’din id-dixxiplina qed ikollhom jagħmlu dan f’istituzzjoni barra minn Malta bi spiża konsiderevoli.

Permezz ta’ din l-inizjattiva l-Gvern qed ifittex li jiffaċilita lil studenti Maltin li jagħmlu dan. Barra minhekk, l-oġġettiv long term huwa li parti mill-kors jibda jsir Malta.

Biex jintlaħaq dan il-għan, il-Gvern flimkien mal-Università ta’ Malta jinsab għaddej b’diskussjonijiet ma’ Universitajiet barranin intiżi sabiex jinħoloq kors-konġunt li jippermetti li numru ta’ snin mill-kors fl-istudji veterinarji jsiru fl-Università ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

Aktar Stqarrijiet Right arrow