Left arrow Mur Lura

IL-ĦOLQIEN TAX-XOGĦOL IL-PRIORITÀ TAL-GVERN

PR-0858
Date Icon 17/04/2012

Il-priorità ewlenija tal-Gvern hija l-ħolqien ta’ impjiegi. Il-mira tal-Gvern hi li jkompli jżid l-impjiegi bi dħul aħjar għall-ħaddiema

Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi llum waqt il-preżentazzjoni tad-dokument “A Strategy for Addressing the Nation’s Priorities” mit-Today Public Policy Institute, f’delegazzjoni mmexxija mid-Direttur Ġenerali Martin Scicluna.

Waqt il-laqgħa, il-Prim Ministru spjega l-istrateġija tal-Gvern li jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol permezz ta’ inċentivi u skemi għas-settur privat. F’dawn l-aħħar erba’ snin, inħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid. Dan hu sinjal li l-politika tal-Gvern f’dan il-qasam qed taħdem u qed tagħti r-riżultati. Irridu aktar attività ekonomika li twassal għal pagi aħjar u aktar xogħol u sahra.

Il-Prim Ministru qal li x-xogħol hija priorità għaliex toffri serħan il-moħħ u indipendenza lill-familji. Il-Gvern qed jaħdem biex jiżdied id-dħul tal-familji filwaqt li jkomplu jissaħħu s-sistema tal-istipendji u tal-welfare soċjali. Dan kollu qed isir mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-mira tat-tnaqqis fid-defiċit, li kompla jiġi mwettaq tul dawn l-aħħar snin.

Id-Direttur Ġenerali tat-Today Public Policy Institute Martin Scicluna qal li r-rapport jieħu l-għamla ta’ manifest ta’ oqsma li t-think tank taħseb li għandhom jiġu indirizzati. Ir-rapport huwa maqsum f’żewġ oqsma, li huma l-ekonomija u l-welfare state u kwistjonijiet ta’ governanza. Is-Sur Scicluna awgura li r-rapport joffri qafas ta’ dibattitu dwar il-prioritajiet ewlenin tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow