PUBBLIKAT L-ABBOZZ TA’ LIGI DWAR TIBDIL ESTENSIV TAL-KODICI KRIMINALI
Illum gie ppubblikat Abbozz gdid dwar emendi ghall-Kodici Kriminali. L-Abbozz li ghandu `l fuq minn 150 klawsola, jikkostitwixxi l-ikbar tibdil lil dan il-Kodici mill-1853, meta tfassal il-Kodici prezenti.
Dawn l-emendi qed isiru wara process twil ta’ konsultazzjoni. Fil-fatt f’Ottubru 2000, gie ppublikat White Paper bit-titolu "Niggieldu l-Kriminalita` bis-Sahha tal-Ligi" dwar dawn l-emendi. Saru diversi sottomissjonijiet mill-pubbliku in generali, korpi kostitwiti, u istituzzjonijiet involuti f’dal-qasam, inkluz it-taqsimiet differenti tal-Korp tal-Pulizija. Ir-reazzjoni, in generali, kienet pozittiva kemm fis-suggerimenti li saru u kemm fin-numru konsiderevoli ta’ persuni, ghaqdiet u istituzzjonijiet li esprimew il-veduti taghhom dwar dan is-suggett.
Wara li gew mgharbla is-suggerimenti u l-kummenti kollha, gie mfassal dan l-Abbozz mill-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali. Jekk nistghu nigbru dan l-Abbozz estensiv f’20 punt, dawn ikunu is-segwenti.
Il-vittma se jkollha dritt li tkun prezenti f’kull stadju tal-proceduri kriminali, anki jekk hi xhud. Se jkollha assistenza legali.
Se jigi introdott ghall-ewwel darba ir-reat tal-kongura; "conspiracy"; dana jfisser li l-fatt li jsir ftehim car li jitwettaq reat, fih innifsu jkun reat; barra minn dan kull min jifforma parti minn assocjazzjoni biex twettaq reati, ikun hati ta’ reat ghall-fatt biss li jissieheb f’ghaqda bhal dik.
It-traffikar illegali fil-persuni umani se jsir reat specifiku, kastigat b’hames snin habs (flok is-6 xhur tal-lum previsti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni), u/jew multa ta’ Lm10,000. Ma tistax tinghata piena inqas minn hekk, jew sentenza sospiza. B’hekk tista` ssir estradizzjoni ta’ persuni li jwettqu dar-reat.
Ir-reat ta’ uzura qed jigi introdott ghall-ewwel draba. Il-kastig ukoll hu ehrex minn dak indikat fil-White Paper u cioe` 13-il-xahar habs, u/jew multa ta’ Lm50,000.
Il-poteri specjali ta’ investigazzjoni, iffrizar ta’ assi, u konfiska ta’ proprjeta` li tigi mit-twettiq ta’ reati, qed tigi estiza ghal kull reat kastigat b’iktar minn sena habs.
L-Avukat Generali se jinghata dritt generali ta’ appell minn kull sentenza tal-Qorti tal-Magistrati, hlief fil-kazijiet sommarji, jew hekk imsejha "tad-distrett".
Ir-reati kollha ta’ frodi qed jinghatalhom kastig ikbar biex il-kastig jersaq eqreb lejn dak ta’ serq.
Meta Qorti jew guri jsibu li omicidju volontarju kien dovut ghal "furia di sangue", qed tigi introdotta ghall-ewwel darba piena minima; barra minn hekk, biex jintlahaq tali verdett, il-guri jew il-Qorti iridu jkunu konvinti li ma kienx hemm "intenzjoni maghmula li wiehed joqtol".
Kull arrest u/jew tfittxija, hlief f’kazijiet urgenti (ezempju: meta persuna tinqabad fil-fatt twettaq reat) jehtieg mandat warrant, mahrug minn Magistrat. Sal-lum fil-maggoranza kbira ta’ kazijiet, il-Pulizija m’ghandhiex ghalfejn warrant, u terga’ il-warrant jinhareg mill-Pulizija stess.
Ghall-ewwel darba se jigi introdott ir-reat tat-tixrid ta’ mibeghda razzjali. Kull agir li b’xi mod johloq dil-mibgheda qed jigi kkonsidrat bhala reat.
Meta l-awtoritajiet Maltin jiddeciedu li ma jibaghtux lura persuna lejn pajjiz iehor biex jigu processat hemm, allura il-Qrati Maltin ikollhom id-dritt li jipprocessawha huma ghar-reat li jkun sar barra minn Malta (il-principju ta’ "aut dedere aut judicare"); dana qed isir sabiex hadd ma jahrab mill-gustizzja li haqqu ghar-reat li jwettaq.
Kull persuna arrestata se jkollha d-dritt li tiltaqa` fil-privat mal-avukat taghha ghal massimu ta’ siegha qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija.
Meta persuna tkun ezercitat id-dritt taghha ghal parir legali qabel l-interrogazzjoni, allura tapplika ir-regola ta’ l-inferenza, jigifieri li l-Qorti tista` taghmel il-konkluzjonijiet taghha jekk persuna waqt il-process jibda jsemmi hwejjeg u jaghmel difiza li meta gie interrogat ma tkellimx dwarhom.
Meta id-Difiza tattakka il-karattru ta’ xhud tal-Prosekuzzjoni ‘a bazi’ ta’ precedenti kriminali, il-Prosekuzzjoni tkun tisa` taghmel l-istess dwar l-akkuzat.
Persuni li fil-kaz ta’ serq jew frodi jaghtu informazzjoni biex jinkixfu il-komplici, jew li jaghmlu tajjeb ghal hsara, jinghataw tnaqqis tal-piena. Dana ma japplikax f’kazijiet ta’ serq bi vjolenza jew kontra l-anzjani.
Qed tigi mtejba u riformata il-ligi dwar il-liberta` provvisorja sabiex (a) kull persuna tista` titlob li tinheles minn taht l-arrest sa mill-ewwel seduta, anki minghajr il-bzonn ta’ rikors bil-miktub; (b) il-Magistrat jista` dejjem jordna il-helsien immedjat mill-arrest, jekk id-detenzjoni ma hix skond il-ligi.
Filwaqt li l-perjodu ta’ arrest preventiv se jibda jitnaqqas awtomatikament minn kull sentenza ta’ prigunerija, din tista` titnaqqas biss darba u minn sentenza wahda f’kaz li persuna tkun qed isservi iktar minn sentenza wahda ta’ habs.
Ser ikun reat li wiehed b’intenzjoni jew bi traskuragni kbira jittrasmetti lil haddiehor xi mard infettiv serju.
Il-piena massima ghal omicidju involontarju qed tizdied minn sentejn ghal erba` snin prigunerija bhala massimu.
L-aggravju ghal reati fuq l-anzjani qed jigi estiz ghal kull vittma li tkun ghalqet 60 sena. Qabel l-aggravju kien japplika biss meta il-vittma tkun ghalqet 65 sena.
Dan l-Abbozz jimmira sabiex jilhaq il-bilanc mixtieq bejn id-drittijiet tal-kommunita` u dawk tal-individwu bil-ghan li filwaqt illi jigu mharsa d-drittijiet tal-bniedem, il-glieda kontra l-kriminalita` tkun wahda determinata, soda u bis-sahha tal-ligi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en