IL-KOPPJA RJALI ŻŻUR IĊ-ĊENTRU TA’ RIŻORSI HELEN KELLER
Il-Konti u l-Kontessa ta’ Wessex li bħalissa jinsabu f’Malta dalgħodu għamlu żjara fiċ-Ċentru ta’ Riżorsa għaż-Żgħażagħ, Helen Keller fil-Qrendi fejn intlaqgħu mis-Sinjura Catherine Gonzi, Chairperson tal-HSBC Foundation, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina, is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli u s-Sinjura Gemma Mifsud Bonnici, Chairman tal-Fondazzjoni Vodafone.
Din is-sena dan iċ-Ċentru li qabel kien Skola Speċjali għal tfal neqsin mid-dawl, qed jiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqif tiegħu.
Il-koppja Rjali żaret diversi klassijiet f’dan iċ-ċentru u ltaqgħet mat-tfal li jattendu fih u l-għalliema tagħhom filwaqt li l-Ministru Cristina għamlet diskors qasir li fih spjegat il-ħidma li ssir f’dan iċ-ċentru u l-politika ta’ edukazzjoni inklussiva li adotta l-pajjiż.
Bħala tifkira ta’ din iż-żjara il-Koppja Rjali kixfu plakka kommemorattiva u ltaqgħet mat-tfal mill-iskola primarja tal-Qrendi li nġabru biex jagħtuhom merħba.
Preżenti kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni, Micheline Sciberras, id-Direttur għas-Servizzi Edukattivi, George Borg u l-Kap taċ-Ċentru.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en