L-AWTORITÀ DWAR IL-MEDIĊINI IPPREMJATA GĦAT-TMEXXIJA U L-INVOLVIMENT TAL-ĦADDIEMA
L-Awtorità dwar il-Mediċini kienet ippremjata bil-People Management Impact on Business Success Award u l-Employee Engagement Award waqt il-Malta People Awards 2011, li saru fl-Intercontinental Hotel nhar il-Ġimgħa li għadda.
Fl-edizzjonijiet tal-2009 u l-2010, l-Awtorità rċeviet erba’ premjijiet f’dawn l-istess awards: għat-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħaddiema u l-opportunitajiet indaqs li toffri. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, Dott. Patricia Vella Bonanno qalet li “Din is-sena xtaqna nagħmlu pass ieħor billi nirrikonoxxu lill-ħaddiema tagħna u l-mod kif immexxu r-riżorsi, jikkontrobwixxi għas-saħħa pubblika u l-implimentazzjoni tajba tal-qafas regolatorju ghal-farmaċewtika.
Matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011, l-Awtorità dwar il-Mediċina rrakkmondat iktar minn 400 mitt prodott mediċinali għall-awtorizazzjoni. Dan ifisser għazla iktar wiesgħa ta’ mediċinali għall-beneċċju tal-pazjent u l-konsumatur. Ħaddiema mħarrġa tal-Awtorità jibqgħu isegwu l-prodotti fis-suq wara li dawn jiġu awtorizzati u matul is-sena inħarġu sbatax il-ċirkulari relatati mas-siġurtà tal-mediċini.
Din is-sena l-Awtorità varat servizz ġdid li permezz tiegħu jintbagħtu messaġġi dwar is-sigurtà tal-mediċini fuq il-mobile. Twettqu 170 spezzjoni fl-ispiżeriji, għand l-importaturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa, u l-manifatturi tal-mediċini.
Waħda mill-inizjattivi li ġiet rrakkomandata mill-ħaddiema wasslet biex tnaqqset il-burokraziuja u b’hekk l-industrija qed tiffranka iktar minn 200,000 ewro fis-sena.
L-involviment tal-impjeġati kien strumentali sabiex isiru l-inizjattivi 'Know Your Medicines'/ 'Il-Mediċini Tiegħek' li għandhom l-għan li titwassal informazzjoni oġġetiva dwar il-mediċini 'Niġu nvoluti fl-istrateġija u l-operat tal-Awtorità permezz ta' laqgħat regolari mal-impjegati, parteċipazzjoni f'kumitati u gruppi ta' ħidma, konsultazzjoni dwar suġġetti varji, u stħarriġ regolari dwar is-sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol', qalet waħda mill-impjegati tal-Awtorità.
Stqarrijiet Oħra:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014