Left arrow Go Back

L-AWTORITÀ DWAR IL-MEDIĊINI IPPREMJATA GĦAT-TMEXXIJA U L-INVOLVIMENT TAL-ĦADDIEMA

pr2429
Date Icon 12/12/2011

L-Awtorità dwar il-Mediċini kienet ippremjata bil-People Management Impact on Business Success Award u l-Employee Engagement Award waqt il-Malta People Awards 2011, li saru fl-Intercontinental Hotel nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fl-edizzjonijiet tal-2009 u l-2010, l-Awtorità rċeviet erba’ premjijiet f’dawn l-istess awards:  għat-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħaddiema u l-opportunitajiet indaqs li toffri. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, Dott. Patricia Vella Bonanno qalet li “Din is-sena xtaqna nagħmlu pass ieħor billi nirrikonoxxu lill-ħaddiema tagħna u l-mod kif immexxu r-riżorsi, jikkontrobwixxi għas-saħħa pubblika u l-implimentazzjoni tajba tal-qafas regolatorju ghal-farmaċewtika.

Matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011, l-Awtorità dwar il-Mediċina rrakkmondat iktar minn 400 mitt prodott mediċinali għall-awtorizazzjoni. Dan ifisser għazla iktar wiesgħa ta’ mediċinali għall-beneċċju tal-pazjent u l-konsumatur. Ħaddiema mħarrġa tal-Awtorità jibqgħu isegwu l-prodotti fis-suq wara li dawn jiġu awtorizzati u matul is-sena inħarġu sbatax il-ċirkulari relatati mas-siġurtà tal-mediċini. 

Din is-sena l-Awtorità varat servizz ġdid li permezz tiegħu jintbagħtu messaġġi dwar is-sigurtà tal-mediċini fuq il-mobile.   Twettqu 170 spezzjoni fl-ispiżeriji, għand l-importaturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa, u l-manifatturi tal-mediċini. 

Waħda mill-inizjattivi li ġiet rrakkomandata mill-ħaddiema wasslet biex tnaqqset il-burokraziuja u b’hekk l-industrija qed tiffranka iktar minn 200,000 ewro fis-sena. 

L-involviment tal-impjeġati kien strumentali sabiex isiru l-inizjattivi 'Know Your Medicines'/ 'Il-Mediċini Tiegħek' li għandhom l-għan li titwassal informazzjoni oġġetiva dwar il-mediċini 'Niġu nvoluti fl-istrateġija u l-operat tal-Awtorità permezz ta' laqgħat regolari mal-impjegati, parteċipazzjoni f'kumitati u gruppi ta' ħidma, konsultazzjoni dwar suġġetti varji, u stħarriġ regolari dwar is-sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol', qalet waħda mill-impjegati tal-Awtorità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow