ĦIDMA FUQ BYE-LAW BIEX JITĦARES GĦAR NATURALI U TA’ VALUR STORIKU
Il-Kunsill Lokali tal-Għargħur qed jaħdem fuq bye-law biex iħares u jipproteġi l-Għar ta’ San Brinkat – sit ta’ sbuħija naturali liema bħalha u ta’ valur storiku partikolari għal-lokalità. L-Għar ta' San Brinkat jinsab 85 metru fuq il-livell tal-baħar. Għal xi żmien kien iservi bħala post ta' abitazzjoni għan-nies u annimali filwaqt li għar żgħir biswit x'aktarx li kien iservi bħala post ta' kult għall-bdiewa tal-lokal. Filwaqt li l-għar jinsab fi stat tajjeb, il-bye-law hi intenzjonata biex taqta’ xi abbużi li jsiru minn żmien għal żmien.
Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mill-Viċi Sindku tal-Għargħur Mark Azzopardi, li matulha tnediet l-attività ‘Mixja sal-Għar ta’ San Brinkat’. Din hi attività tradizzjonali marbuta mal-festi tal-Milied.
Nhar it-Tnejn 19 ta’ Diċembru fis-7pm, il-pubbliku hu mistieden jinġabar fil-pjazza tar-raħal minn fejn tibda l-mixja sal-għar. Minbarra d-daqq tal-banda, matul il-mixja l-pubbliku qed ikun imħeġġeġ iġorr fanali. Mal-wasla fl-għar ikun hemm kant tradizzjonali tal-Milied kif ukoll daqq mill-band 'Kultural'. L-attività hi unika għall-gżejjer Maltin u l-organizzazzjoni tagħha għaddiet f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Għargħur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014