Left arrow Mur Lura

IL- KUMMISSJONI GĦOLJA TA’ MALTA FL-INDJA TIPPARTEĊIPA F’ATTIVITA’ ANNWALI TA’ ROTARY PUBLIC SCHOOL

pr2422
Date Icon 12/12/2011

Fis-26 ta' Novembru 2011, is-Sinjura Theresa Cutajar, Kummissarju Għoli ta' Malta fl-Indja, ipparteċipat bħala mistiedna speċjali f’attivita’ annwali ta' “Rotary Public School, Gurgaon”. Din hija skola sekondarja b’reputazzjoni għolja fis-subborgi ta’ New Delhi, li hija proġett tar-Rotary Club.

Il-funzjoni annwali, li ġibdet udjenza ta' madwar 2000 persuna, inkluż għalliema, membri eminenti tar-Rotary Club, studenti u l-ġenituri tagħhom, kienet tinkludi ballet bit-tema li tikkonċerna kwistjonijiet kontemporanji tas-soċjetà Indjana, kif ukoll żfin imsejjaħ Tadka Firangi.

Fid-diskors tagħha, il-Kummissarju Għoli ferħet lill-iskola għall-ispettaklu ta’ kwalita li telgħu kif ukoll esprimiet l-apprezzament tagħha għal mod kif l-iskola rnexxielha tintegra kemm eċċellenza akkademika kif ukoll l-iżvilupp tal-personalità tal-istudneti, fil-kurrikulum. Il-Kummissarju Għoli, tkellmet dwar is-sistema edukattiva f'Malta, kif ukoll dwar il-proġetti edukattivi varji imfassla mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta flimkien ma' “Rotary Public School”.  Hija wkoll enfasiżżat l-intenzjoni li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat permezz tal-organiżżazzjoni ta' inizjattivi ta' interess komuni kif ukoll permezz ta' skambji għall-istaff akkademiku u l-istudenti f'oqsma ta’ interess reċiproku. Il-Kummissarju Għoli elaborat ukoll dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Indja, kif ukoll dwar l-istorja, il-politika u s-setturi ekonomiċi ewlenin ta’ Malta.

Parti mportanti oħra ta’ din l-attivita’ kienet iċ-ċerimonja ta' distribuzzjoni ta’ premjijiet, fejn l-Kummissarju Għoli ppreżentat apprezzamenti lill-studenti idonji. Is-Sur Karan Prakash, student ta’ mertu ta’ din l-iskola, ġie ppreżentat bi premju speċjali mill-Eċċellenza Tagħha,  għall-film animat tiegħu, intitolat "Beginning of the End" fuq it-tema "Save Earth",  li għenu jirbaħ il-Premju Nazzjonali Indjan ta’ l-Arti Grafika.

Il-parteċipazzjoni tal-Kummissarju Għoli f’din l-attivita’ kienet riżultat ta’ l-isforzi li qed issiru sabiex tissaħħ il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Indja fil-qasam edukattiv. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Għolja ta' Malta flimkien mal-Università ta' Malta qed jaħdmu fuq diversi proġetti ma’ numru ta’ institutuzzjonijiet edukattivi Indjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

Aktar Stqarrijiet Right arrow