Left arrow Go Back

IX-XOGĦLIJIET FUQ TRIQ SAN PAWL FIL-BELT VALLETTA MEXJIN KIF IPPJANAT - IL-KUNSILLI LOKALI JLESTU 256 TRIQ RESIDENZJALI

pr2413
Date Icon 09/12/2011

Nofs Triq San Pawl fil-Belt Valletta, minn Triq l-Arċisqof ‘l isfel, issa għandha servizzi ġodda u ingħatat wiċċ ġdid bit-tarmak. Ix-xogħlijiet tlestew fil-ġimgħat li għaddew u saru bħala parti mill-proġett tal-Public Private Partnership (PPP) għat-toroq residenzjali.  Ix-xogħlijiet saru wara ftehim li kien intlaħaq bejn is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, il-GRTU u l-Kunsill Lokali nnifsu u li permezz tiegħu il-proġett ta’ Triq San Pawl tqassam f’fażijiet sabiex jintlaħqu l-aspettattivi u l-eżiġenzi kemm tar-residenti kif ukoll tas-sidien tan-negozji.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said u s-Sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli żaru l-proġett ta’ Triq San Pawl. Fil-Belt Valletta se jkunu qed isiru ħames erba’ toroq oħra bil-PPP. Minbarra li titkompla Triq San Pawl, se jsiru wkoll Triq San Nikola, Triq l-Isptar il-Qadim, Trejqet l-Isptar il-Qadim u Triq it-Tramuntana.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li bl-għajnuna finanzjarja mgħoddija mill-Gvern taħt skemi differenti inkluż bil-PPP, matul it-18-il xahar li għaddew, il-Kunsilli Lokali lestew 256 triq.  Hu qal ukoll li l-Gvern qed ikompli jinvesti fil-Belt Valletta bi proġetti varji sabiex iħares il-wirt storiku. Minbarra l-proġett ta’ Renzo Piano li jinkludi l-bini l-ġdid tal-Parlament u l-proġett tat-Teatru, proġetti oħra li saru fis-snin li għaddew jinkludu r-restawr ta’ Ġnien Hastings, il-Barrakka ta’ Fuq, Misraħ San Ġorġ, ir-restawr tas-Swar, il-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti u toroq oħra, ir-restawr tal-Monte di Pietà u l-bqija.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fakkar ukoll li fil-Baġit 2012, l-allokazzjoni finanzjarji annwali li l-Gvern jgħaddi lill-Kunsilli Lokali żdiedet għal €32 miljun. Dan ifisser żieda ta’ 25 fil-mija fil-baġit tal-Kunsilli Lokali fuq perjodu ta’ erba’ snin. Barra minn hekk il-Gvern ivvota fond ta’ miljun Ewro oħra għal inizjattivi speċjali fil-lokalitajiet, €1.4 miljun għall-iskema tal-Public Private Partnership għat-toroq residenzjali, €1.64 miljuni għal servizzi lil Kunsilli Lokali, €1.5 miljun bħala vot kapitali, nofs miljun Ewro għall-ko-finanzjament ta’ proġetti b’fondi tal-UE u €100,000 għat-taħriġ.  Dan ifisser li f’erba’ snin il-Gvern se jkun għadda qrib €159 miljun għall-Kunsilli Lokali

Hu qal li fi żmien meta minħabba l-kriżi internazzjonali, pajjiżi oħra qed jaqtgħu il-baġits tal-Gvernijiet Lokali, il-Gvern Malti qed iżidhom. Dan juri li l-Gvern għandu fiduċja fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali għaliex tul is-snin li għaddew, il-maġġoranza assoluta tagħhom ħadmu kemm felħu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow