Left arrow Mur Lura

MALTIN ILLI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA JILTAQGĦU MAL-PRIM MINISTRU

pr2410
Date Icon 09/12/2011

Fit-8 ta' Diċembru 2011, fuq l-invit tar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, saret laqgħa soċjali mal-Prim Ministru, Lawrence Gonzi, għall-Maltin u Għawdxin li  jaħdmu ma' l-Istituzzjonijiet differenti ta' l-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa soċjali saret fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea f'Brussell.

Il-laqgħa pprovdiet opportunità ukoll għal dawk li jwettqu funzjonijiet differenti fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - kemm fil-Belġju kif ukoll fil-Lussemburgu - biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-Prim Ministru. Il-Prim Ministru rringrazzja lil dawk kollha preżenti għall-isem tajjeb li jagħtu lill Malta waqt li jwettqu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom fuq livell Ewropew. Il-Prim Ministru wera wkoll l-apprezzament tiegħu tal-fatt li ħafna minn dawk preżenti u l-familji tagħhom jagħmlu sagrifiċċji biex jgħixu l-bogħod mill-familjari l-oħra tagħhom u l-ħbieb f'Malta, u awguralhom l-isbah xewqat ghall festi tal-Milied.

Il-Prim Ministru jinsab fi Brussell biex jattendi laqgħa tal-Kunsill Ewropew li qed iseħħ fit-8/9 Diċembru 2011. Huwa akkumpanjat mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, u mir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

Aktar Stqarrijiet Right arrow